Zjara ta’ Mons Arcisqof Pawlu Cremona fid-Djocesi ta’ Ghawdex

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Socjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 24 ta’ Frar 2007

Zjara ta’ Mons Arcisqof Pawlu Cremona fid-Djocesi ta’ Ghawdex

Illum is-Sibt 24 ta’ Frar 2007, Mons Arcisqof Pawlu Cremona qieghed jaghmel l-ewwel zjara pastorali tieghu fid-Djocesi ta’ Ghawdex. Dalghodu Mons Arcisqof iltaqgha mas-sacerdoti u ghalihom mexxa nofs ta’ nhar ta’ riflessjoni u talb mibnija madwar it-tema maghzula biex tmexxi lil insara tad-djocesi matul ir-Randan li hija dwar il-parrabola ta’ l-Iben il-Hali.

Fir-riflessjoni tieghu, Mons Arcisqof qal li ‘bhal missier tal-parabola, Alla l-Missier ma’ jimponix l-imhabba tieghu fuqna u meta ahna nitbeghdu minnHu huwa jhallina fil-liberta. Alla jibqa jhobbna anke meta ahna mbeghdin minnHu. Dan hu l-ispecifiku ta’Alla. Huwa ma’ jista’ qatt jiccaqlaq mill-imhabba tieghu u ma’ hemm l-ebda bniedem li mhux oggett ta’ l-imhabba ta’ Alla. Li thobb li ta’ madwarek mhux difficli imma li tibqa thobb lil min telqek u lil dawk li jehduha kontra tieghek huwa ferm difficli u huwa propju hawnhekk li tidhol il-fidi. L-imhabba taghna tkun triq ghall-konverszjoni ta’ l-ohrajn mhux daqstant meta nghidulhom fuq Alla imma meta nhobbuhom u nwassluhom ghand Alla permezz ta’ l-imhabba li nuruhom’.

Mons Arcisqof kompla jghid li l-imhabba ta’ Alla hija universali. ‘L-istess gest ta’ mhabba li ghamel il-missier tal-parabola ma’ l-iben iz-zghir ghamlu ukoll mall-kbir. Kif ghamel ma’ l-iben iz-zghir, hekk ghamel mall-kbir meta hareg jistiednu biex jidhol id-dar u qallu; ‘ibni kull ma’ tieghi huwa tieghek’. Hawnhekk Mons Arcisqof heggeg lis-sacerdoti biex din l-imhabba tal-missier tal-parabola tkun ukoll l-imhhabba taghhom anke jekk dan ‘ jitlob minnha sagrificcju. Trid tbati biex lil dawk li m’ghandhom’x imhabba turihom l-imhabba’.

Wara li tkellem dwar l-imhabba ta’ Alla lejn il-bniedem, Mons Arcisqof tkellem dwar ir-rikonciljazzjoni tal-bniedem ma’ Alla u ma’ l-ohrajn. Kien f’dan il-kuntest li Mons Arcisqof tkellem mis-sacerdot bhala ministru tar-rikonciljazzjoni li giet fdatha lilu l-missjoni li jhabbeb lil bniedem ma’Alla fis-sagrament tal-qrar.

F’nofsinhar Mons Arcisqof kien il-mistieden ta’ Mons Isqof Mario Grech ghal-ikla flimkien mieghu u mas-sacerdoti tad-Djocesi.

Il-lejla fis-6.00 p.m. Mons Arcisqof jigi milqugh mill-Kleru u l-poplu tad-Djocesi fil-Pjazza tal-Kattidral ta’ Ghawdex u wara imexxi pontifikal solenni fl-istess Knisja Kattidrali.