Ghoti tal-Ministeru tal-Lettorat fid-Djocesi ta’ Ghawdex

Segretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Socjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 12 ta’ Frar 2007

Ghoti tal-Ministeru tal-Lettorat fid-Djocesi ta’ Ghawdex

Fil-parrrocca tal-Munxar giet iccelebrata l-festa ta’ Missierna San Pawl u waqt quddiesa koncelebrata immexxija minn Mons Isqof Mario Grech inghata il-ministeru tal-lettorat lis-seminaristi Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Farrugia mill-parrocca tax-Xaghra.

Il-Knisja lokali llum fin-nawfragju ta’ San Pawl fil-gzejjer taghna toffrilna okkazjoni biex naghmlu meditazjoni importanti fuq temi li ghandom relevanza nazzjonali. Dan hu li nixtieq naghmel maghkom, hekk kif imnebbah mic-cirkostanzi ta’ llum. It-tradizzjoni tghidilna li l-Appostlu San Pawl qabel telaq minn Malta wara li ghadda fostna tlett xhur, hallielna lil Publiju bhala Isqof tal-Knisja ta’ pajjizna. Dan il-fatt, anke kieku mhux imsahhah bit-tradizzjoni, huwa imsahhah bil-prassi ta’ San Pawl. Tant huwa hekk illi naqraw fl-Attti ta’ l-Appostli illi f’kull kommunita, wara li kien jghammed u jigbor flimkien il-kommunita nisranija kien ihallilhom il-presbiteri jigifieri kien isejjah lil xi uhud mill-irgiel u jafdalhom il-ministeru presbiterali-fi kliem iehor kien jaghmilhom sacerdoti. U ghalhekk jiena ma’ nahsibx li nkunu nizbaljaw jekk f’din ic-cirkostanza ta’ llum, ahna nroddu hajr lil Alla illi bil-migja tal’ Pawlu fostna, huwa mhux biss hallielna lil Publiju bhala Isqof imma ukoll talli madwaru bhala kollaboraturi tieghu hallielna l-presbiteri.

Jien nhoss li f’din il-gurnata, din ir-riflessjoni dwar is-sacerdozju u dwar il-prezenza tal-presbiteru fil-kommunita nisranija, ghanda tkun tema biss ta’ l-Isqof imma taghna lkoll u tal-Knisja kollha f’pajjizna. Forsi ahna, ghadna ma ndunajniex x’inhu l-valur tas-sacerdot u ma’ hassejniex x’ifisser tkun minghajr prezenza tas-sacerdot ghaliex sa llum il-grazzja ta’ Alla kienet kotrana, imma x’ser jigri l-quddiem ma’ hux muri lilna, ghalkemm ghandna indikazzjonijiet li rridu naghtu kazhom. Nixtieq li l-kawza tal-vokazzjonijiet sacerdotali tkun ghal qalb ta’ kull wiehed u wahda minnha. U dan ifisser li mill-kbir saz-zghir ghadna nhossuna lkoll fid-dmir illi nahdmu biex ikollhna ambjent li fih dik is-sejha li jaghmel Alla, tigi mgharfa, issib qalb li tilqaghha u mhux biss tilqaghha imma ukoll ixxetilha, tikber u taghti l-frott.

‘Ghal hafna jiem il-qamar u l-kwiekeb ma’ dehrux.. konna tlifna kull tama li nsalvaw’.

Minn liema tip ta’ sacerdozju qeghdin nitkellmu? Hemm sentenza fl-Atti ta’ l-Appostli li nqrat il-lejla li lili taghtini hafna dawl. Jghidilna l-Atti ta’ l-Appostli li l-bahrin kienu qatghu qalbhom, il-bahar kien qawwi gmielu, ix-xemx u l-kwiekeb kienu nhbew, imma imbaghad jidhol Pawlu u jghid li dawk li kienu mieghu fuq il-gifen: ‘Ghamlu l-qalb ghax dehrli l-anglu ta’ Alla li tieghu jien u lilu nqim’ . F’dawn l-erba’ kelmiet jiena nilmah il-vokazzjoni tieghi u l-vokazzjoni taghna gheziez sacerdoti u seminaristi. Jien nilmah dak li rridu nahdmu ghalih biex ikollna Knisja sinjura bil-prezenza tal-presbiteri.

‘Deherli anglu ta’ dan Alla li tieghu jien u lilu nqim’

Il-presbiteru huwa dak illi jrid ikollhu l-kuragg li kellhu Pawlu li jghid: ‘Dak Alla li jien tieghu’. Huwa veru li ommi u missieri nissluni ghall-hajja, li trabbejt f’familja u kbirt f’kommunita partikulari imma jien ma jien ta’ hadd minn dawn, hlief ta’ Alla. San Pawl, kien ihossha din il-haga, tant li fl-ittra lil Fillipin juza frazi qawwija: ‘Jiena l-mahtuf ta’ Kristu-Kristu hatafni biex nkun tieghu’. Filwaqt li dan huwa l-impenn taghna gheziez huti fis-sacerdozju , nheggeg lil kommunita nisranija u anke lil kommunita djocesana biex tghinuna halli nkunu ta’ Alla u ta’ Alla biss. L-unika alleanza li ahna ghadna, hija alleanza ma’ Alla. Ahna shab fil-patt il-gdid li waqqaf Kristu. Naf li m’iniex nghid affarijiet tad-dinja u li mhumiex hfief ghalina pero l-grazzja t’Alla taghmel kollox. Din kienet il-konvinzjoni ta’ Pawlu u ghanda tkun il-konvinzjoni taghna.

Gheziez hutna, itolbu ghalina biex ahna nkunu ta’ Alla u biex nkunu ta’ servizz f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ Alla. Ghenuna biex ma’ nitbeghdux minn din il-vokazzjoni u biex nhallu lilna nfusna li nsiru l-posessjoni ta’ Alla: biex nhossuna mahtufin minn Kristu. Din hija l-vokazzjoni tas-sacerdot li jqim lil Alla minn tlugh ix-xemx sa nzulha. L-apostolat principali tas-sacerdot huwa li ikun il-ministru ta’ Alla li hajtu kollha tkun att ta’ adorazzjoni: att kontinwament fil-prezenza ta’ Alla biex ahna nghinu lilkom biex tqimu lil Alla. Veru li ahna s-sacerdoti ghandna l-fiducja taghkom u din il-fiducja tissaraf ghax titolbu minna diversi servizzi imma f’dan kollhu ghadna niftakru li dawn is-servizzi m’ghandom qatt ifixkluna f’din id-dimensjoni hekk importanti li ahna naghtu qima lil Alla u li ahna nkunu ministri tal-kult li jesprimi il-qima taghna u taghkom lil Alla. Nitlob lilkom gheziez nsara biex tghinuna nkunu rgiel tat-talb li nistaghnew fil-hajja tat-talb. Ghinuna halli nsibu l-hin biex nitolbu u biex it-talb publiku u liturgiku taghna ikun talb li verament jiftiehem u li jaghmel sens, talb li johrog bhal fwieha u bhala ncens ifuh u jitla quddiem Alla. Dak li lilna jfixxkilna mill-hajja tat-talb m’hemm’x postu. Meta l-appostli ta’ l-ewwell zminijiet sabudiffikulta biex ikunu dawk li jqimu lil Alla u ixandru l-kelma qallu: Ha naghmlu d-djakni biex ikunu huma li jiehdu hsieb l-qadi ta’l-imwejjed u biex jiehdu hsieb ir-romol’.

‘Kieku smajtu minni… kontu tehilsu minn din il-hsara u t-telf’

It-tielet aspett tal-Vokazzjoni sacerdotali huwa li nwasslulkom dak li jwasslilna l-anglu tal-Mulej: li ahna nisimghu, nircievu u naghmlu dixxerniment ta’ x’irid Alla minna u dan nghadduh lilkom. Fi kliem iehor nkunu sacerdoti mkissrin fil-kelma ta’Alla u li din il-kelma wara li nkunu ghomodnija, nwassluha lilkom. Din il-kelma ghanda ddawwal kull aspett taghna l-bnedmin u ghalhekk jidwu f’widnejja dak li jghid Pawlu f’dak il-lejl qabel ma l-gifen tieghu tfarrak fuq xtutna: ‘Hbieb kien imisskom smajtu minn dak li ghidtilkom jien .. u hekk ma’ kienitx tigrilkom din il-hsara u t-telf’. Kieku ahna bhala sacerdoti nkunu tant konvinti minn x’irid Alla minna, nkunu nistghu nghidulkom: Kieku smajtu minn dak li ried jghidilkom Alla permezz taghna,kieku hafna gwaj evitajnieh.

Ghalfejn qieghed nghid dan kollhu, mahbubin tieghi? L-ewwelnett biex nrodd hajr lil Alla talli ghamilni Isqof tal-Knisja f’din id-djocesi li hija mzejjna b’ghadd sabih ta’ sacerdoti bhal dawn li hawn madwari. Dan ma’ jfissirx li s-sacerdoti taghna kollha m’ghandhom’x xi difett u li sfortunatament hawn min dan id-difett jipprova jonfhu u jipprogettah that il-lenti. Imma jien nghidilkom li ghadna sacerdoti tajjbin. U dan huwa kollu frott taghkom. Il-fidi taghna s-sacerdoti kibret u immaturat fl-esperjenza ta’ Knisja li ghamilna maghkom, kif sfortunatament jista’ jkun hemm min jitlef il-vokazzjoni teighu ghax ma’ jsibx dan l-ambjent fil-familja u fil-kommunita.

Il-lejla ghadna tlett seminaristi mill-kommunita tax-Xaghra li ser jircievu l-ministeru tal-lettorat, tappa fil-mixja li titlob dixxerniment halli flimkien naghrfu x-inhi s-sejha taghkom u naslu f’jum li fih naccetawkom ghall-presbiterat. Qed nghidilkom dan biex mill-lum intom u shabkom fis-Seminarju tkomplu timpenjaw ruhhkom biex dak li qal Pawlu tkunu tistghu tghiduh intom; ‘Ahna tieghu , lilu nqimu u rridu nwasslu lilkom, lil Knisja u lid-dinja l-kelma ta’ Alla’. Id-dinja ghanda bzonn ta’ profeti li jitkellmu f’isem Alla. U allura napprezza lilkom, lil familji taghkom hawn prezenti u l-hidma ta’dawk kollha li jahdmu fis-Seminarju b’tant hegga u dedikazzjoni.

Cirkustanza ohra li wasslitni biex f’din ic-celebrazzjoni ta’ l-appostlu missierna San Pawl, nitkellem dwar is-sacerdozju hija ghaliex tlift sacerdot. Ghadni gej minn Turin fejn kellhi l-grazzja li nkun hdejn wiehed minn hutna s-sacerdoti-Dun Guzepp Galea mill-kommunita tal-Fontana. Huwa sacerdot li ghadda tlettin sena l-boghod minn Ghawdex u mill-gheziez tieghu biex jaqdi l-Knisja f’Turin. Il-Kardinal ta’ Turin li ftit wara li miet Dun Guzepp gie u limkien tlabna t-talba tar-ruzarju ma’ sacerdoti ohra, qalli kliem li jibqa stampat fil-qalb u l-mohh ta’ missier li kellhu wiehed minn uliedu l-boghod.

Dun Guzepp ried jibqa jaqdi l-Knisja fit-tbatija. Meta jien tkellimt mieghu u staqsejtu; ‘ Dun Guzepp trid niehdok mieghi lejn Ghawdex’, huwa qalli: ‘Le rrid nibqa mall-poplu tieghi’. Dawn huma s-sacerdoti taghna. Dan huwa l-gawhar tieghi u taghkom u li hadd ma’ jghidilkom bihom.

Il-lejla rrid naghmel talba lil Alla halli l-Knisja taghna tkompli tistaghna b’ghadd ta’ vokazzjonijiet sacerdotali, halli nkunu nistghu naghtu servizz mhux biss lilkom imma lil Knisja kollha.