L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fit-2 ta’ Lulju, ċelebrata minn Dun Manwel Cordina (Fundatur u Direttur tal-Fondazzjoni Oasi).

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament  għalihom. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel.