IT-TRAĠITT BIL-BAĦAR MAL-PAPA BEJN XATT IL-KALKARA U L-VALLETTA WATERFRONT

Nixtiequ nħeġġu lil dawk kollha li għandhom dgħajjes, sailing boats, yachts, eċċ. biex jipparteċipaw fil-vjaġġ li ser jagħmel il-Papa Benedittu XVI bejn Xatt il-Kalkara u l-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 18 t’ April bejn 16.45 u 17.15.
Tkun ħaġa xierqa jekk dawn id-dgħajjes flimkien joħolqu atmosfera sabiħa u movimentata waqt dan it-traġitt billi d-dgħajjes jimxu flimkien  u fl-istess ħin iżommu d-distanza ndikata lilhom  mill-organizaturi.  Il-Papa ser ikun fuq il-Catamaran San Pawl li kien fuqu l-Papa Gwanni Pawlu II fil-1990 meta huwa wkoll daħal fil-Port il-Kbir akkumpanjat minn ħafna dgħajjes.
Mal-Catamaran ser ikun hemm xena partikolari bid-dgħajjes tar-Regatta li ser jakkumpanjaw.

Id-dgħajjes li huma twal sa 12-il metru jistgħu jakkumpanjaw il-Catamaran tul it-traġitt kollu billi jżommu distanza minima ta’ 50 metru ‘l bogħod.  Ser ikun hemm xi restrizzjonijiet għad-dgħajjes itwal minn 12-il metru.  Dawn għandhom jimxu mal-istruzzjonijiet li jingħataw lilhom mill-Patrol Craft tal-Armed Forces ta’ Malta li ser ikun hemm fiż-żona.  Aktar dettalji wieħed jista’ joħodhom mill-Website  tat-Transport Malta:
http://www.transport.gov.mt/mediacenter/PDFs/1_NTM%2018-10.pdf
Nitolbu li dawk kollha li ser jipparteċipaw  f’dan l-avveniment biex jikkoperaw mal-grupp organizattiv ta’ din l-attivita’ biex b’hekk dan it-traġitt iseħħ b’mod l-aktar effettiv u bl-anqas diffikultajjiet.
Nirringrazzjaw li dawk kollha li qed jorganizzaw din l-attivita’ b’mod speċjali lit-Transport Malta, Valletta VTS, Armed Forces ta’ Malta u l-Pulizija.
Min jixtieq aktar informazzjoni  jew li jakkwista Bandiera tal-okkażjoni jista’ jikkomunika mal-Royal Malta Yacht  Club, Ta’ Xbiex Seafront, Ta’ Xbiex, XBX 1028, Tel. No. (356) 21333109, 21318417, Website: www.rmyc.org, jew billi jibgħat e-mail fuq: info@rmyc.org.