Velja Djoċesana tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Pajjiżna

 velja-san-pawl-poster.jpg

Biex titfakkar l-1950 sena mill-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl f’pajjiżna ser issir Velja Djoċesana fil-paroċċa tal-Munxar.  Issir Quddiesa, Huġġieġa, tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija, Traslazzjoni bir-relikwa tal-Appostlu tal-ġnus.  Imexxi Mons Isqof Mario Grech.  Il-Velja ser issir nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010, fis 6 p.m. fil-Pjazza tal-Knisja tal-Munxar.