IS-SEMINARJU TA’ GHAWDEX IFAKKAR L-AFFILJAZZJONI MA’ L-UNIVERSITA PONTIFIĊJA ANĠELICUM

Nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar 2010, festa ta’ San Tumas t’Akwinu, is-Seminarju Maġġuri t’Ghawdex affiljat mal-Universita Pontifiċja Angelicum f’Ruma, organizza konferenza dwar “It-Teoloġija tas-saċerdozju f’San Tumas t’Akwinu”
minn Patri Christopehr Caruana OP. BA,BSTh, MA (Oxon), Mphil (Lond). Għal din il-konfereza kienu preżenti s-saċerdoti  u s-seminaristi tad-Djoċesi u kienet presuduta minn Mons Isqof Mario Grech.

Preċedenti għal-din il-konferenza  il-Kummissjoni Kleru  Djoċesi ta’ Għawdex organiżżat kors ta’ Aġġornament għall-kleru bejn il-25 u s-27 ta’ Jannar 2010, fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Gesu.

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2009 kien trattat is-Sagrament tal-Ewkaristija minn Mons Ġużeppi Farrugia S.Th.D., lecturer tat-Teoloġija Dommatika u wara saret diskussjoni fuq temi li jikkonċernaw is-sagrament tal-Ewkaristija li kienet immexxija minn Mons Carmel Refalo S.TH.L. Lecturer tat-Teoloġija Patristika.

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Jannar 2009 kien trattat is-Sagrament taż-Zwieġ  mill-Kan. George Frendo S.Th.L., Lecturer tat-Teoloġija Morali u wara  saret diskussjoni fuq temi li jikkonċernaw is-sagrament taż-żwieġ li kienet immexxija minn Dun Renato Borg S.TH.L., Lecturer tat-Teoloġija taż-Zwieġ Nisrani.

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar 2009 kien trattat is-Sagrament tal-Penitenza minn Mons. Anton Borg S.Th. L.,  Ph.L, Lecturer tat-Teoloġija Morali u wara saret diskussjoni  immexxija minn Dun Joseph Farrugia S.Th.L., Psy. D., Lecturer tat-Teoloġija Morali