Auditions għall-Kor tat-Tfal waqt il-quddiesa tal-Papa

official-logo-pope-visit-2010-portrait.jpgSe jsiru Auditions għall-Kor tat-Tfal li se janima parti mil-Liturġija tal-Quddiesa tal-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tieghu f’Malta f’April li gej.

L-auditions għat-tfal Għawdxin se jsiru nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar fis-Seminarju ta’ Għawdex, bejn it-3.30pm u s-6.30pm. Jistgħu japplikaw tfal bejn 9-13-il sena.

It-tfal li jmorru għall-auditions iridu jkunu akkumpanjati mill-ġenituri. Trid timtela formola apposta fis-Seminarju stess qabel l-auditions.

Aktar ‘il quddiem jinħarġu d-dati tal-provi tal-kant għal dawk li jiġu magħżula. Il-provi jsiru f’Għawdex (u mbagħad anke f’Malta).