Quddiesa għall-ġurnalisti u kittieba Għawdxin

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales, isqof ta’ Ġinevra u Patrun tal-Ġurnalisti, Mons Isqof Mario Grech, nhar il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2010 se jqaddes għall-Ġurnalisti u Kittieba Għawdxin fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani Triq Palma Victoria fil-5.00pm u jagħti l-messaġġ tiegħu f’din l-okkażjoni li ta’ kull sena torganizza l-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin.  Kulħadd huwa mistieden.

Wara l-quddiesa, Mons Isqof jitkellem mal-Ġurnalisti u Kittieba waqt riċeviment qasir f’ waħda mis-swali tal-Kunvent.