Is-sejħa għall-Konversjoni fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-5 ta’ Frar, ċelebrata mill-missjunarju Dun Raymond Portelli.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament  għalihom. Fl-iskema ta’ temi konnessi ma’ din is-Sena Sacerdotali, is-suġġett se jkun “il-meditazzjoni tal-Passjoni ta’ Kristu u s-sejħa għall-Konversjoni” (ispirat mill-ħsieb ta’San Bonavenura: “il-pjagi ta’ Kristu jinfdu anki l-qlub l-iktar iebsa”). Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.