- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Program taċ-Ċelebrazzjonijiet f’Għeluq iż-Żjara Apostolika tal-Papa u fl-Okkażoni tal-Preżentazzjoni tal-Warda tad-Deheb li l-Papa ser joffri lill-Madonna Ta’ Pinu

Posted By admin On April 20, 2010 @ 3:26 pm In 2010 | Comments Disabled

[1]  Programm Verzjoni PDF

 [2] tapinuprogrampapa.jpg

Ħadd, 18 t’April

Għal din l-okkażjoni l-Kwadru mirakoluż u devot tal-Madonna Ta’ Pinu ser jittieħed Malta fuq il-Fosos tal-Furjana għall-venerazzjoni tal-Q.T. il-Papa BenedittuXVI. Fi tmiem il-Pontifikal, tingħad it-talba Marjana Regina Coeli u l-Papa joffri l-Warda tad-Deheb lill-Madonna Ta’ Pinu.

6.30p.m. Quddiesa fil-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta fejn jiġi espost il-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu għal qima tal-Poplu Malti.
Il-Kwadru jibqa’ fil-Bażilika tal-Karmnu sal-Ħamis filgħodu.

It-Tnejn u t-Tlieta, 19 u 20 ta’ April

Ċeleberazzjonijiet organizzati mis-Santwarju tal-Karmnu u Radju Marija

L-Erbgħa, 21 ta’April

6.30 p.m. Pontifikal solenni mmexxi mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech flimkien mal-komunita’ Karmelitana.

Il-Ħamis, 22 ta’ April

9.00 a.m. Pellegrinaġġ mis-Santwarju tal-Karmnu bil-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu lejn Bieb il-Belt. Jiehdu sehem il-Parroċċi tal-Belt Valletta flimkien mar-religjuzi.

10.15 a.m. Il-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu jitlaq b’carcade lejn il-Parroċċa tal-Mosta. Jgħaddi mill-parroċċi ta’ San Gejtanu Ħamrun - Santa Venera - Madonna tal-Karmnu Fluer de-Lys, Birkirkara Triq il-Wied - Mosta.


11.30 a.m. Wasla tal-Kwadru fil-Parroċċa tal-Mosta fejn jiġi milqugħ mill-Arċipriet Fr. Mario Tong.

8.30 p.m. Ċelebrazzjoni Marjana animata miż-żgħażagħ.

Il-Ġimgħa 23 ta’ April

3.00 p.m. Jibda l-Pellegrinaġġ Nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona O.P u minn Nunzju Apostoliku Mons. Tommaso Caputo flimkien mal-poplu Malti li jakkumpanjaw b’carcade l-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu lejn is-Santwarju tagħha f’Għawdex.
Matul it-triq issir waqfa qasira ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.
4.30 p.m. Il-Pellegrini kollha flimkien mal-Kwadru jitilgħu fuq il-Vapur tal-Gozo Channel li jġib l-isem “Ta’ Pinu”.
5.00 p.m. Mons Isqof Mario Grech flimkien mal-poplu Għawdxi jilqgħu l-Kwadru fl-Imġarr u jitlaq carcade lejn is-Santwarju Ta’ Pinu.
Il-carcade jgħaddi minn Għajnsielem, Xewkija u Rabat u l-Għasri.
Meta jasal ħdejn il-kappella ta’ San Publiju tibda purċissjoni lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, bis-sehem tas-saċerdoti u l-fratellanzi Marjani tal-parroċċi Għawdxin. Mal-wasla fuq z-Zuntier tas-Santwarju jibda Pontifikal Solenni b’radd ta’ ħajr għaż-|jara Apostolika tal-Papa Benedittu XVI.
Il-Pontifikal jitmexxa ill-Arċisqof ta’ Malta megħjun min-Nunzju Apostoliku u l-Isqof ta’ Għawdex flimkien mal-isqfijiet mistiedna u s-saċerdoti.

Il-Pellegrini Maltin jitilqu lura lejn Malta mal-vapur tad-9.00p.m.

Il-Membri ta’ RADJU MARIJA ser jieħdu ħsieb il-Pellegrini Maltin li jixtiequ jakkumpanjaw lill-Madonna Ta’ Pinu minn Malta lejn is-Santwarju tagħha f’Għawdex.
Il-biljetti jinġabru minn għand il-Helpers ta’ Radju Marija jew direttament mill-Istudios ta’ Radju Marija fir-Rabat Malta.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fl-Uffiċċju ta’ Radju Marija 21453105.
Dawk kollha li ser jieħdu sehem fil-Pellegrinaġġ ser jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Numri tat-Telephone:
Radju Marija
2145 3105
Santwarju tal-Karmnu, Belt Valletta:
2123 3808
Parroċċa tal-Mosta:
2143 3826
Santwarju Ta’ Pinu:
2155 6187
www.tapinu.org
Nitolbu lil kulhadd biex jiġi jakkumpanja lill-Madonna Ta’ Pinu fi triqtha lura lejn is-Santwarju tagħha.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/04/20/program-tac-celebrazzjonijiet-fgheluq-iz-zjara-apostolika-tal-papa-u-fl-okkazoni-tal-prezentazzjoni-tal-warda-tad-deheb-li-l-papa-ser-joffri-lill-madonna-ta-pinu/

URLs in this post:
[1]  Programm Verzjoni PDF: http://
[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/posters/tapinuprogrampapa.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.