Archive for the '2010' Category

Festa ta’ Kristu Re u Jum il-Karita
21 ta’ Novembru 2010

kristu-re-a3.jpg

PROGRAMM TAL-FUNERAL TA’ MONS. NIKOL CAUCHI ISQOF EMERITUS TA’ GĦAWDEX

It-Tlieta 16 ta’ Novembru 2010

12.30:     Tluq tal-Korteo mill-Isptar Mater Dei li jgħaddi mill-Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Xemxija, Mellieħa.
13.30:     Tluq mill-Marfa bil-Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.
14.00:     It-tebut tal-Isqof Cauchi jiġi milqugħ l-Imġarr. Il-Korteo jgħaddi mit-toroq prinċipali ta’ Għawdex sal-Pjazza tal-Għarb.
15.00:     Wasla fil-Pjazza tal-Għarb u dħul fil-Knisja Bażilika Kolleġġjata. Ikun hemm mumenti ta’ talb u wara Mons. Isqof Cauchi jkun espost għall-qima tal-Insara.
16.30:     Tluq mill-Knisja tal-Għarb.
17.00:     Wasla tal-Korteo quddiem il-Kurja Djoċesana fejn l-Isqof Cauchi ser ikun espost għall-qima pubblika.
17.15:     Reċita tat-talba tar-Rużarju mis-saċerdoti.
18.00:     Tibda l-qima għall-pubbliku.
21.00:     Velja ta’ talb, mmexxija mill-Isqof Mario Grech madwar Mons. Isqof Cauchi.
22.30:     Talb fis-skiet.

L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2010

08.30:     Talb tat-Tifħir tas-Sbiħ il-Jum mis-saċerdoti madwar Mons. Isqof Cauchi
09.00:     Tibda l-qima tal-pubbliku.
13.00:     Tmiem tal-espożizzjoni għall-pubbliku.
14.30:     Wasla tan-Nunzju Apostoliku u l-Isqfijiet.
14.40:     Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Joseph Muscat.
14.45:     Wasla tal-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi
14.50:     Wasla tal-President tar-Republika, l-E.T. Dr. George Abela
15.00:     Korteo Funebri lejn il-Katidral ta’ Għawdex.
15.30:     Konċelebrazzjoni fil-Knisja Katidrali immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech.
Difna f’forma privata fil-Katidral.

F’din l-okkażjoni huma apprezzati offerti lis-Seminarju Maġġuri tad-Djoċesi ta’ Għawdex b’suffraġju ta’ Mons. Isqof Nikol Cauchi.

Komunikat mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex

nikol_cauchi.jpgId-Djocesi ta’ Ghawdex tinsab f’luttu peress li llum, l-Eccellenza Tieghu, Mons. N. Cauchi, Isqof Emeritus, ghamel il-passagg ghal hdan il-Missier etern. F’sens ta’ rispett filjali u bi gratiduni profonda lejn l-Isqof Cauchi li fl-episkopat tieghu rawwimna fil-fidi fi Kristu, sawwarna bhala Knisja u akkumpanjana fit-tibdil socjali li sehh f’dawn l-ahhar 40 sena, insejjah lill-Knisja kollha biex toffri talb b’sufragju tieghu. Dettalji dwar il-funeral jithabbru aktar tard.

Nota ta kjarifika dwar diskors ta’ Mons. Isqof Mario Grech dwar is-Sesswalita Umana

 English Version

Meta nhar il-Ħadd, 31 ta Ottubru, l-Isqof Mario Grech tkellem dwar is-sesswalita umana, huwa qal li “s-sistema edukattiva tagħna tista tkun qed tagħmel abbuż fuq l-istudenti jekk flok ma tgħinhom jitgħallmu kif jedukaw l-enerġija sesswali tagħhom, toffrilhom tagħlim u mezzi bħalma huma l-kontraċettivi, biex iċedu għall-kultura tal-pjaċir”. Billi xi uħud interpretaw ħażin dan il-kliem, tajjeb li jiġi ppreċiżat:

Continue reading >>

KOMUNIKAT LID-DJOĊESI DWAR IL-KUNDIZZJONI TA’ MONS NIKOL CAUCHI ISQOF EMERITUS TA’ GĦAWDEX

Komunikat mill-Isqof Mario Grech

Wara li bħal-lum ġimgħa l-Isqof Nikol Cauchi ddaħħal l-isptar u l-kundizzjoni tiegħu kienet kritika ħafna;

billi huma ħafna dawk li b’interess u rispett lejn l-Isqof Cauchi qed jistaqsuna jew jiktbulna biex ikunu jafu kif għadda;

nikkomunikalkom illi l-Isqof Cauchi kuljum qed jagħmel progress sinifikattiv. Barra mill-fatt li l-mediċina ħadmet fuqu, l-attenzjoni u l-kura li tah l-istaff kemm fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll fl-iSptar Mater Dei għenu biex minn nhar it-Tlieta Mons Cauchi m’għadux f’induced coma u beda jikkomunika bis-sinjali u bil-kitba.

Filwaqt li napprezza ħafna s-solidarjetà li l-poplu t’Alla wera miegħu f’dawk il-jiem delikati, partikularment bit-talb ħerqan offrut lil Alla bl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu, kif għamilt nhar il-Ħamis li għadda nerġa’ nħeġġiġkom tissuktaw fit-talb tagħkom għalih, specjalment fil-quddies kollu.

Kif nhar il-Ħamis li għadda aħna s-saċerdoti tad-djoċesi ltqajna fil-kappella tas-Seminarju biex noffru talb għall-Isqof Cauchi, nistieden lil-lajċi u r-reliġjużi għal mumenti ta’ adorazzjoni Ewkaristika li ser issir nhar il-Ġimgħa li ġejja fil-knisja parrokkjali tal-Għarb fis-6.30 ta’ filgħaxija.

Nirringrazzja lil dawk kollha li f’dawn il-jiem kienu qrib l-Isqof Cauchi, partikularment lil ħuti l-isqfijiet Maltin u lis-saċerdoti, lill-E.T. il-President ta’ Malta, lill-membri parlamentari u lill-istaff mediku.

Illum, l-Erbgħa 3 ta’ Novembru 2010.

+ Mario Grech

Bidu tal-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-Saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard

dunmikielattard.jpgIlbieraħ filgħaxija, it-Tnejn 1 ta’ Novembru 2010 Mons Isqof Mario Grech ħabbar li fil-futur qarib id-Djoċesi ta’ Għawdex se tagħti bidu tal-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard. Mons Isqof ħabbar dan waqt pontifikal fil-Katidral ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha. Għal dan il-għan huwa ħatar lir-Rev. Dun Anton Sciberras MSSP bħala Postulatur u lir-Rev. Dun Daniel Xerri bħala Viċi Postulatur. Mons Isqof bagħat komunikat lill-parroċċa tan-Nadur, fejn twieled Dun Mikiel Attard, biex jgħarrafhom b’din id-deċiżjoni.

Fl-omelija tiegħu waqt l-istess pontifikal, Mons Isqof Mario Grech qal li “il-bnieden qaddis huwa dak li fid-dinja dejjem ifittex li jara lil Alla sakemm imbagħad jgħaddi biex fil-ħajja ta’ dejjem igawdi l-viżjoni beatifika. Dun Mikiel mhux biss kien bniedem li jfittex biex jiskopri s-sinjali tal-preżenza ta’ Alla – anke dawk is-sinjali l-aktar sempliċi – , imma hu kien ukoll jgħin, permezz tad-direzzjoni spiritwali, lil ħafna biex ma jħarsux fil-baħħ… imma biex ħarsithom tistrieħ fil-Mulej.”

IS-SESSWALITA UMANA

F’diskors li ghamel fil-konkluzzjon ta Konferenza Nazzjonali dwar “it-teologija tal-gisem” li saret f’Ghawdex nhar il-Hadd filghodu, l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messagg:

Kull abbuz sesswali fuq il-minuri, huwa hazin u kundannabli irrispettivament jekk min jwettqu jkunx persuna lajka, religjuza jew sacerdot. L-abbuzi sesswali ghandhom jigu denunzjati lill-awtoritajiet kompetenti, partikularment lil pulizija.

Pero huwa fatt li fis-socjeta qed isiru ukoll abbuzi mis-sesswalita tal-bniedem.

Hija abbuzata l-persuna meta ma tkunx mghejjuna biex ma ccedix ghall-istint. Hemm bzonn li l-bniedem jitheggeg biex juza aktar ir-raguni tieghu biex jizen jekk l-ghemil sesswali tieghu huwiex qed jirrispetta n-natura u l-finalita tas-sesswalita umana.

Is-sistema edukattiva taghna tista tkun qed taghmel abbuz fuq l-istudenti jekk flok ma tghinhom jitghallmu kif jedukaw l-energija sesswali taghhom, toffrilhom taghlim u mezzi bhalma huma l-kontracettivi, biex icedu ghall-kultura tal-pjacir.

Continue reading >>

Dun Michael Said maħtur Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa tal-Munxar

Nhar it-Tnejn, 11 ta’ Ottubru, Mons Isqof Mario Grech ħatar lil Dun Michael Said min-Nadur, Għawdex bħala Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar.

Dun Michael Said twieled nhar it-8 ta’ Jannar 1973 minn Paul (L) u Mary Anne née Borg fir-Rabat, Għawdex. Ġie mgħammed fil-parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana. Irċieva s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa tan-Nadur.

Continue reading >>