Archive for the 'MEC Communications' Category

Ittra Pastorali tar-Randan 2019

TIBŻGĦUX TIEĦDU LIL MARIJA GĦANDKOM

img_6180.jpgAħna nies li nħobbu d‑dar. Huwa minnu li ssib min ikun dejjem barra għax jibża’ li d‑dar ser taqa’ fuqu; imma l‑kotra ta’ ġensna għandhom qalbhom marbuta mad‑dar tagħhom. Għalihom id‑dar hija kollox. Dan bir‑raġun, għax bejn dawk l‑erba’ ħitan tad‑djar tagħna jintgħaġnu l‑karattri tagħna u jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta’ familji li fihom l‑għaxqa, stejjer ta’ ġenerożità kbira, bħal fil‑każ ta’ dak il‑ġuvni li jibqa’ d‑dar jieħu ħsieb il‑ġenituri anzjani; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju u l‑familja kollha tkun iddedikata għall‑marid.

Aqra l-Ittra Pastorali minn hawn: ittra-pastorali-randan-2019.pdf

L-Isqfijiet Maltin jiktbu lill-Isqof tal-COMECE dwar il-każ tal-migranti maqbuda fuq il-baħar

Ittra mill-Konferenza Episkopali Maltija lis-Segretarju Ġenerali tal-COMECE

(il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-isqfijiet tal-Unjoni Ewropea)

 

Fr Olivier Poquillon OP
Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE)
Square de Meeûs, 19/1
B-1050 Brussels
Belgium

3 ta’ Jannar 2019

Għażiż Fr Poquillon,

Aħna, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, qed niktbu din l-ittra biex nuru t-tħassib serju tagħna u nitolbu għas-sapport ta’ ħutna l-isqfijiet fl-Ewropa, dwar is-sitwazzjoni ta’ 49 migranti li ilhom jiem sħaħ bejn sema u ilma fil-Baħar Mediterran.

Ironikament, hekk kif aħna l-Kattoliċi konna qed niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu li huwa wkoll ma ngħatax kenn fit-twelid, grupp ta’ 32 migrant ġie mċaħħad milli jingħata kenn fl-Ewropa wara li ġie salvat ’il barra mil-Libja. Dawn il-persuni ilhom fuq il-baħar fuq bastiment ta’ salvataġġ għal mhux inqas minn 13-il jum, u tħallew jidħlu biss fl-ibħra territorjali Maltin ilbieraħ, l-Erbgħa 2 ta’ Jannar, biex jistkennu minn maltempata. 17-il migrant ieħor salvati minn bastiment ieħor ta’ għaqda mhux governattiva oħra ilu fuq il-baħar għal ħamest ijiem. Continue reading >>

IR-RAPPORT ANNWALI TAS-SAFEGUARDING COMMISSION GĦAS-SENA 2017

curia_01.jpegPREVENZJONI, AZZJONI F’WAQTHA U KAŻIJIET RIFERUTI LILL-PULIZIJA

Id-deċiżjoni tal-Isqfijiet Maltin li jipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l-ministeru tas-saċerdozju, minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, turi li l-Knisja timxi bi kriterji speċifiċi u aktar stretti minħabba r-responsabbiltà li l-liġi tal-Knisja tpoġġi fuq kull membru tal-kleru. Dan qalu l-Kap tas-Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-kummissjoni tal-Knisja responsabbli mill-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli.

Kompli aqra minn hawn:  110-stqarrija-safeguarding-commission-rapport-2017-mt.pdf

Read the press release here:  110-press-realease-safeguarding-commission-report-2017-en.pdf

Kummissjoni Duttrinali fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija

Aqra l-Istqarrija minn hawn: 104-kummissjoni-dottrinali.pdf

“Familji, żgħażagħ u barranin qed isibuha diffiċli jikru jew jixtru dar” - L-Isqfijiet ta’ Malta

ITTRA PASTORALI

MILL-E.T. MONS. CHARLES J. SCICLUNA, Arċisqof ta’ Malta

L-E.T. MONS. MARIO GRECH, Isqof ta’ Għawdex

u

L-E.T. MONS. JOSEPH GALEA-CURMI,Isqof Awżiljarju ta’ Malta

FESTA TAT-TWELID AL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA
2018

NIBNU DJARNA FUQ IL-BLAT

homeless.jpgGħeżież,

Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali tal-Vitorja, li aħna l-Maltin niċċelebraw it-8 ta’ Settembru, fil-festa liturġika tat-Twelid ta’ Marija Bambina nixtiequ naqsmu magħkom ftit riflessjonijiet dwar is-sitwazzjoni tal-housing f’pajjiżna. Qegħdin nirreferu għad-diffikultà li qed isibu wħud mill-familji tagħna, ħafna miż-żgħażagħ tagħna, u diversi barranin fostna, biex isibu dar li jistgħu jikru jew jixtru.

It-tagħlim tal-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku, fl-ittra enċiklika tiegħu dwar l-għożża tad-dar komuni, Laudato si’ (ippubblikata fl-2015), jitkellem dwar ekoloġija integrali u jispjega li: “L-ekoloġija tistudja r-relazzjonijiet bejn l-organiżmi ħajjin u l-ambjent li fih jikbru. Hi titlob ukoll li wieħed jieqaf jaħseb u jiddiskuti fuq il-kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ għajxien ta’ soċjetà, u jkun onest biżżejjed li kapaċi jqiegħed fid-dubju mudelli ta’ żvilupp, produzzjoni u konsum. Mhux għalxejn inkomplu nisħqu fuq il-fatt li kollox hu marbut flimkien” (Laudato si’ par. 138). Fl-istess ittra enċiklika, il-Papa Franġisku jitkellem ukoll dwar il-problema tal-housing: “In-nuqqas ta’ djar li jservu ta’ saqaf hu kbir f’ħafna nħawi tad-dinja, kemm fiż-żoni rurali u kemm fl-ibliet il-kbar, anki għax l-baġits statali normalment ikopru biss parti żgħira mid-domanda. Mhux biss l-foqra, imma parti kbira mis-soċjetà tħabbat wiċċha ma’ diffikultajiet serji biex ikollha dar tagħha. Il-proprjetà tad-dar hi importanti ħafna għad-dinjità tal-persuna u għall-iżvilupp tal-familja. Qed nitkellmu dwar argument ċentrali tal-ekoloġija umana” (Laudato si’ par. 152). Continue reading >>

Stqarrija ghall-istampa mill-Isqfijiet Maltin dwar il-kaz tal-vapur Lifeline

lifeline.jpg

Aqra l-Istqarrija tal-Isqfijiet Maltin: 65-stqarrija-tal-isqfijiet.pdf

Ritratt: newsbook.com.mt

Il-każ “Aquarius”

Arcidjoċesi ta’ Malta
Uffiċju Komunikazzjoni

12 ta’ Ġunju 2018

60/2018

STQARRIJA TAL-ISQFIJIET

Ilna snin nisimgħu dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni li qed jisvolġi fil-Baħar Mediterran. Dan il-fenomenu jixhed is-sitwazzjoni ddisprata ta’ min iħossu mġiegħel iħalli pajjiżu biex jaħrab il-gwerer jew il-ġuħ; minn naħa l-oħra l-istess fenomenu juri wkoll it-tbatija, it-tħassib u s-sagrifiċċji tal-popli tal-pajjiżi li qegħdin jilqgħuhom.

acquarius.jpgAnke f’dawn il-ġranet il-ġrajja tal-vapur Aquarius uriet il-kumplessità u d-delikatezza kemm tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet għaliha.

Għalhekk, inħeġġu lill-awtoritajiet politiċi fl-Ewropa biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet umanitarji għal dawn il-persuni, mingħajr ma jinsew ir-realtajiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi li jilqgħuhom. Fl-imgħoddi l-Ewropa kellha sfidi oħra serji bħal din, imma qatt ma qatgħet qalbha li ssib rimedji fid-dawl tal-prinċipji tal-ġustizzja, tal-legalità u tas-solidarjetà. Continue reading >>

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin: ATT LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI

“Hu b’dispjaċir li qrajna l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun”

 

image.png

L-Isqfijiet Maltin urew id-dispjaċir tagħhom quddiem l-emendi proposti mill-Gvern fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Fi kliem l-Isqfijiet,”bl-emendi proposti, […] it-tarbija ssir oġġett li qiegħed hemm biss biex jissodisfa x-xewqa ta’ ħaddieħor.”

Tista’ taqra l-istqarrija sħiħa hawn. 46-stqarrija-tal-isqfijiet-mt.PDF

Read the Bishops’ statement from here: 46-statement-by-the-bishops-en.PDF