Archive for the 'Speeches' Category

Ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re 2011

IL-KNISJA QRIB DAREK

Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa ta’ Kristu Sultan
Taċ-Ċawla, Ir-Rabat, Għawdex – Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2011

Id-dimensjoni spiritwali tal-ħajja
Il-Vanġelu tal-lum jitkellem dwar Kristu r-Ragħaj it-Tajjeb li ħalla d-disgħa u disgħin nagħġa fil-maqjel biex imur ifittex lil dik in-nagħġa l-mitlufa u jgħina terġa’ lura, tirkupra saħħitha u ssib postha fi ħdan il-merħla – fil-komunità. Jien naħseb li l-bniedem tal-lum, minkejja t-tajjeb li għandna, xi darba jew oħra qed ikollu jagħmel l-esperjenza tan-nagħġa l-mitlufa. Hemm ċerti sinjali fis-soċjetà u fil-Knisja li jagħtuk x’taħseb li l-bniedem huwa mitluf, ma jafx fejn ser jagħti rasu, ma jafx x’direzzjoni ser jagħti lil ħajtu għax jinsab bla boxxla.

Illum hawn min jieħu mill-Istat u mill-Knisja affarijiet li mhumiex tiegħu. Illum il-ġurnata hawn min għandu mġiba mhix tajba u jippretendi li dik l-imġiba tkun approvata u mħarsa bil-leġiżlazzjoni ċivili tagħna. L-ingranaġġ tal-materjaliżmu tant huwa qawwi li mhumiex ftit dawk li s-sensibiltajiet tagħhom qed imutu: is-sensibiltà lejn ħaddieħor li hu fil-bżonn; imma fuq kollox is-sensibiltà tal-Ispirtu. Il-mentalità kummerċjalizzata tal-lum qegħda toqtol ftit ftit in-nervatura tal-ispirtu tal-bniedem. Imbagħad hemm id-diffikultajiet fil-ħajja personali, fil-ħajja tal-familja u fil-ħajja soċjali. Insemmi l-evażjoni tat-taxxa, in-nuqqas ta’ responsabiltà kif jintefqu l-flus li jappartjenu lill-poplu. Ma jidhrilkomx li dawn huma indikazzjonijiet li juru li aħna mitlufa? Continue reading >>

IL-KNISJA QRIB DAREK
Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech
Festa ta’ Kristu Sultan
Taċ-Ċawla, Ir-Rabat, Għawdex – Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2011

Il-Vanġelu tal-lum jitkellem dwar Kristu r-Ragħaj it-Tajjeb li ħalla d-disgħa u disgħin nagħġa fil-maqjel biex imur ifittex lil dik in-nagħġa l-mitlufa u jgħina terġa’ lura, tirkupra saħħitha u ssib postha fi ħdan il-merħla – fil-komunità. Jien naħseb li l-bniedem tal-lum, minkejja t-tajjeb li għandna, xi darba jew oħra qed ikollu jagħmel l-esperjenza tan-nagħġa l-mitlufa. Hemm ċerti sinjali fis-soċjetà u fil-Knisja li jagħtuk x’taħseb li l-bniedem huwa mitluf, ma jafx fejn ser jagħti rasu, ma jafx x’direzzjoni ser jagħti lil ħajtu għax jinsab bla boxxla.

Illum hawn min jieħu mill-Istat u mill-Knisja affarijiet li mhumiex tiegħu. Illum il-ġurnata hawn min għandu mġiba mhix tajba u jippretendi li dik l-imġiba tkun approvata u mħarsa bil-leġiżlazzjoni ċivili tagħna. L-ingranaġġ tal-materjaliżmu tant huwa qawwi li mhumiex ftit dawk li s-sensibiltajiet tagħhom qed imutu: is-sensibiltà lejn ħaddieħor li hu fil-bżonn; imma fuq kollox is-sensibiltà tal-Ispirtu. Il-mentalità kummerċjalizzata tal-lum qegħda toqtol ftit ftit in-nervatura tal-ispirtu tal-bniedem.Imbagħad hemm id-diffikultajiet fil-ħajja personali, fil-ħajja tal-familja u fil-ħajja soċjali. Insemmi l-evażjoni tat-taxxa, in-nuqqas ta’ responsabiltà kif jintefqu l-flus li jappartjenu lill-poplu. Ma jidhrilkomx li dawn huma indikazzjonijiet li juru li aħna mitlufa? Continue reading >>

50 sena mill-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex

GĦAWDEX FIL-QAFAS NAZZJONALI

Diskors tal-Isqof Mario Grech
Seminar fl-okkażjoni tal-50 Sena tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex
Kempinski Hotel, San Lawrenz – It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2011

Il-fatt li ħamsin sena ilu f’Għawdex, bl-Ordinanza No. XI tal-14 ta’ April 1961, twaqqaf il-Kunsill Ċiviku, fost ħwejjeg oħra jgħidilna li nofs ta’ seklu ilu grupp ta’ Għawdxin sarrfu l-imħabba tagħhom lejn gżiritna mhux fi tpaċpiċ vojt imma f’azzjoni konkreta. Huma mhux biss irnexxielhom jikkonvinċu lill-Awtoritajiet Ċentrali biex joħolqu struttura li, għalkemm tieħu ħsieb l-interessi tal-Għawdxin bħala reġjun, tkun parti mill-qafas istituzzjonali ta’ pajjizna, imma rnexxielhom ukoll jinvolvu lill-poplu Għawdxi f’dan il-proġett. B’dan il-pass, mingħajr ma ħolqu diviżjoni fuq livell nazzjonali, huma kebbsu sens patrijottiku b’rispett dovut lejn Għawdex – reġjun li għandu l-karatteristiċi ġeografiċi, etnoloġiċi, ekonomiċi, reliġjużi u storiċi tiegħu!

Continue reading >>

Laqgha ta` Formazzjoni dwar il-Familja u z-Zwieg mil-E.T Mario Grech
Ċentru Parrokjali Fgura

Diskors tal-Isqof fiċ-ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla

L-URĠENZA LI NAGĦŻLU L-VERITÀ

Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech
Kungess tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla
Qala – 8 ta’ Mejju 2011

Xewqa tal-verità

Kienet dejjem l-ansja tal-bniedem li jfittex il-verità; imma fiċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu, quddiemna għandna kriżi tal-verità. Hekk li meta nifrex il-ħarsa tiegħi fuq il-poplu, nitħassru għax ma nafx fejn sejrin tagħtu raskom intom u tistħarrġu x’inhi l-verità! X’konklużjonijiet tistgħu tiġbdu, intom li lili tisimgħuni ngħid mod, imbagħad tisimgħu lil dak jgħid mod ieħor? Taqra ġurnal issib mod u tieħu f’idejk ġurnal ieħor u jkollok verżjoni differenti? Nistħajjilkom mifluġin fl-impenn biex issibu x’inhi l-verità, ħalli mbagħad tagħmlu għażliet b’kuxjenza trankwilla. Għaliex il-kuxjenza tkun kwieta u fil-paċi meta tkun taf x’inhi l-verità u tieħu d-deċiżjoni tagħha skont dik il-verità oġġettiva. Continue reading >>

Xewqa ta’ komunjoni fil-Knisja
Riflessjoni ta’ Mons Isqof Mario Grech
Velja Ekumenika ta’ San Ġorġ
Pjazza San Ġorġ, il-Belt Victoria, Għawdex – Il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2011

Xewqa ta’ komunjoni fil-Knisja

Hija grazzja li llejla qegħdin hawn, mhux biss għax, kif huwa xieraq, qegħdin nitħejjew għall-festa solenni ta’ għada, il-festa tal-Patrun tagħna San Ġorġ, imma għaliex – qed inkellimkom bħala ragħaj spiritwali tagħkom – hija grazzja illi għandna figura bħal San Ġorġ illi tgħinna biex nieħdu pożizzjoni waħda.

How much befitting it is this evening that we are assembled around our Patron, “Ġorġi tagħna”. Believe me, I consider it a moment of grace, because perhaps never before as in these present circumstances, when we are witnessing a process not only of secularization but of dechristianization, we need a person who can unify us, and make us one. We have Jesus Christ; but this evening we are being presented with one of his disciples, St George, a common heritage to all Christians.

Għeżież tiegħi, forsi qatt daqs illum ma kien hemm bżonn illi l-poplu ta’ Alla – u meta qed ngħid il-poplu ta’ Alla, qed nifhem l-Insara kollha kemm huma – kif ġustament u b’mod intelliġenti u għaqli llejla ġie ppreżentat f’din il-velja, inkunu “ħaġa waħda”, ħalli nieħdu pożizzjoni waħda fiċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu fihom.
Continue reading >>

Ġwanni Pawlu II - “Difensur tal-bniedem”

Difensur tal-bniedem

Artiklu ta’ Mons Isqof Mario Grech
Ġurnal “Kullħadd”, il-Ħadd 1 ta’ Mejju 2011

Ma tistax tibni mingħajr rigla tajba! Issa aħna lkoll bennejja tas-soċjetà u r-rigla li għandna bżonn f’din l-avventura hija l-“bniedem”. Billi tlifna t-tifsira ta’ min hu l-bniedem, qegħdin nibnu mingħajr ir-rigla bil-konsegwenza li l-bini xejn ma huwa sod, anzi sikwit naraw biċċiet minn din il-binja niżlin!

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien dak li b’qawwa u konvinzjoni ddefenda l-bniedem! Huwa stinka biex jgħin lill-bniedem jagħraf lilu nnifsu u biex is-soċjetà tagħraf tirrispetta d-dinjità ta’ kull persuna. Dejjem tenna li s-soċjetà, li għandha d-dmir li tgħin lill-bniedem ifittex il-verità, l-ewwel u qabel kollox għandha tgħinu jsib il-verità sħiħa dwaru nnifsu. Ikun żball oħxon jekk is-soċjetà ma tinvestix fil-bniedem!
Continue reading >>

Eklissi tad-dnub

Waqt pellegrinaġġ penitenzjali djoċesan li sar fil-parroċċa ta’ Kerċem nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2011, fl-omelija l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:

Qed ngħixu f’epoka fejn tlifna t-tifsira tad-dnub. Billi l-eklissi tad-dnub hija proporzjonata mal-eklissi ta’ Alla, fis-sens li daqskemm soċjetà tkun warrbet lil Alla, daqshekk ieħor tiftaqar  fis-sens tad-dnub, ir-Randan huwa żmien tajjeb biex l-Insara jerġgħu lura għand Alla u jiskopru l-ġmiel ta’ wiċċu  li deher fi Kristu Feddej. Mingħajr Alla, joktor id-dnub u tikber it-tbatija.

Skont il-Katekiżmu tal-Knisja, id-dnub huwa offiża kontra r-raġuni umana. Imżejjen bir-raġuni, il-bniedem suppost jiskopri “miktuba f’qalbu” l-liġi naturali. Jekk huwa jagħżel li jinjora jew imur kontra dak li tiddettalu l-liġi naturali, l-għażliet tiegħu jkunu ħżiena.

Continue reading >>