Archive for the '2011' Category

Eklissi tad-dnub

Waqt pellegrinaġġ penitenzjali djoċesan li sar fil-parroċċa ta’ Kerċem nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2011, fl-omelija l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:

Qed ngħixu f’epoka fejn tlifna t-tifsira tad-dnub. Billi l-eklissi tad-dnub hija proporzjonata mal-eklissi ta’ Alla, fis-sens li daqskemm soċjetà tkun warrbet lil Alla, daqshekk ieħor tiftaqar  fis-sens tad-dnub, ir-Randan huwa żmien tajjeb biex l-Insara jerġgħu lura għand Alla u jiskopru l-ġmiel ta’ wiċċu  li deher fi Kristu Feddej. Mingħajr Alla, joktor id-dnub u tikber it-tbatija.

Skont il-Katekiżmu tal-Knisja, id-dnub huwa offiża kontra r-raġuni umana. Imżejjen bir-raġuni, il-bniedem suppost jiskopri “miktuba f’qalbu” l-liġi naturali. Jekk huwa jagħżel li jinjora jew imur kontra dak li tiddettalu l-liġi naturali, l-għażliet tiegħu jkunu ħżiena.

Continue reading >>

IL-KONĊILJU VATIKAN II JISPIRA L-ĦIDMA PASTORALI TAL-KNISJA LOKALI LLUM
Diskors tal-E.T. Mons Mario Grech Isqof ta’ Għawdex

IL-KONĊILJU VATIKAN II JISPIRA L-ĦIDMA PASTORALI TAL-KNISJA LOKALI LLUM

Laqgħa tal-Awguri tas-Sena Ġdida
Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech lis-Saċerdoti
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Rabat, Għawdex – Is-Sibt 8 ta’ Jannar 2011

Il-Knisja lokali fid-dinja tal-lum

Madwarna ninnutaw ċerti ġrajjiet li kontinwament qed jinterrogawna dwar x’sens fiha l-ħajja!

Il-fenomenu tad-droga, mifrux sewwa fost iż-żgħażagħ fil-gżira tagħna, jixhed li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha vojt eżistenzjali u r-rikors għad-droga huwa tentattiv biex dawn isibu tweġiba. L-akkaniment għax-xogħol, anke b’detriment għall-kwalità tar-relazzjonijiet familjari, barra li f’xi każi jista’ jkun konsegwenza tal-isforz li wieħed ikollu jagħmel biex ikun jista’ jaffronta l-piżijiet ekonomiċi li qed toħloq soċjetà li kull ma jmur donna qed titlef ir- “ruħ soċjali” tagħha, f’xi kazi huwa wkoll sintomu ta’ soċjetà li aktar hija ffukata fuq it-tkattir tal-ġid materjali milli fuq dak li jgħin lill-persuna tistagħna umanament, spiritwalment u kulturalment. Ikun dnub gravi jekk bħala Knisja nitilfu din l-opportunità li qed tagħfas fuqna kemm bħala saċerdoti kif ukoll bħala ċittadini – għax li bħala Kristjani ngħinu lill-bniedem jagħti tifsira lil ħajtu, dan mhux biss ikun kisba spiritwali imma wkoll soċjali. Continue reading >>

IL-KONĊILJU VATIKAN II JISPIRA L-ĦIDMA PASTORALI TAL-KNISJA LOKALI LLUM
Laqgħa tal-Awguri tas-Sena Ġdida
Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech lis-Saċerdoti
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Rabat, Għawdex – Is-Sibt 8 ta’ Jannar 2011

Il-Knisja lokali fid-dinja tal-lum

Madwarna ninnutaw ċerti ġrajjiet li kontinwament qed jinterrogawna dwar x’sens fiha l-ħajja!

Il-fenomenu tad-droga, mifrux sewwa fost iż-żgħażagħ fil-gżira tagħna, jixhed li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha vojt eżistenzjali u r-rikors għad-droga huwa tentattiv biex dawn isibu tweġiba. L-akkaniment għax-xogħol, anke b’detriment għall-kwalità tar-relazzjonijiet familjari, barra li f’xi każi jista’ jkun konsegwenza tal-isforz li wieħed ikollu jagħmel biex ikun jista’ jaffronta l-piżijiet ekonomiċi li qed toħloq soċjetà li kull ma jmur donna qed titlef ir- “ruħ soċjali” tagħha, f’xi kazi huwa wkoll sintomu ta’ soċjetà li aktar hija ffukata fuq it-tkattir tal-ġid materjali milli fuq dak li jgħin lill-persuna tistagħna umanament, spiritwalment u kulturalment. Ikun dnub gravi jekk bħala Knisja nitilfu din l-opportunità li qed tagħfas fuqna kemm bħala saċerdoti kif ukoll bħala ċittadini – għax li bħala Kristjani ngħinu lill-bniedem jagħti tifsira lil ħajtu, dan mhux biss ikun kisba spiritwali imma wkoll soċjali.

Continue reading >>