Archive for the 'Pastoral Letters' Category

Ittra Pastorali ta’ Santa Marija tal-Isqof Mario Grech

Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, l-Isqof Mario Grech ħareġ Ittra Pastorali dwar il-viżjoni tal-Knisja dwar is-sesswalità umana.

L-IMĦABBA SABIĦA
(Il-Vanġelu tas-Sesswalità)

1.    Fil-fond tal-qalb ta’ kull bniedem hemm ix-xewqa għall-hena.  Ma ssibx bniedem li ma jridx ikun kuntent, tant li Pascal jinnota li anki min itemm ħajtu b’idejh, jagħmel dan il-pass ikrah għax ikun konvint li ser ikun aħjar milli jkun.   Imma huwa fatt li għalkemm ix-xewqa biex inkunu sewwa u henjin hija komuni għal kulħadd, mhux kulħadd ifittex il-kuntentizza bl-istess mod.  It-toroq li nagħżlu biex inkunu ferħanin mhux biss huma varji, imma xi drabi huma wkoll kuntrarji għal xulxin.  Dan jispjega għaliex fid-dinja hawn min hu kuntent u hawn min mhux.

Kompli aqra minn hawn: 38-2014-pastorali-santa-marija-2014.pdf

Niżżel il-verżjoni mqassra tal-Ittra Pastorali: 38-2014-pastorali-santa-marija-2014-verzjoni-qasira.pdf

Download a short version of Bishop Grech’s Pastoral Letter in English: pastoral-letter-aug2014.pdf

Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech dwar il-Viżta Pastorali

Mons. Isqof Mario ħareġ ittra pastorali li biha ħabbar il-ftuħ tal-Viżta Pastorali fid-djoċesi ta’ Għawdex.

Niżżel id-document pdf minn hawn:

35-2013-niltaqghu-mal-imhabba-ta-alla-ittra-pastorali-vizta-pastorali.pdf

ITTRA PASTORALI TA’ MONS. ISQOF MARIO GRECH

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Mons. Isqof Mario Grech ħareġ ittra pastorali li titkellem dwar il-ħidma tal-Knisja favur il-morda.

Download pdf version:

33-2013-pastorali-santa-marija-2013-english.pdf

pastorali-morda-awwissu-2013.pdf

KNISJA QRIB IL-MORDA

Ittra Pastorali
TAL-E.T. MONS MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX
FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA
TA’ MARIJA MTELLGĦA S-SEMA
2013

Jekk il-ġid materjali jagħżel lill-bnedmin minn xulxin, għax ikun hemm min għandu geddumu fix-xgħir u min ma għandux għaxja ta’ lejla, it-tbatija tqegħidna lkoll f’keffa waħda. Jekk minħabba l-għana materjali l-bniedem huwa ttentat bil-kbir biex jgħolli rasu, it-tbatija ġġibna f’sensina u tlaqqagħna mal-verità. Jekk, kif jiġri ħafna drabi, il-ġid tad-dinja jsir kawża ta’ għira, ġlied u firda, normalment it-tbatija tiġborna flimkien u tagħti lok għal ġenerożità xi drabi erojka. Continue reading >>

Pastoral Letter by Bishop Mario Grech

24/2012

Pastoral Letter
by His Lordship Mario Grech
Bishop of Gozo

STRENGTHENING THE FAMILY

To priests, religious men and women, consecrated persons and lay faitfhul.

Many among us believe that the family is the jewel in the crown of the church and the country.  The family is a primary human, social, economic and spiritual resource.  I can never adequately express my appreciation towards a great number of families for their sense of dedication and spirit of sacrifice.  The family is held is such high esteem that for many the worst which could happen to them is for trouble to crop up in the family.  It is not seldom that when such unfortunate circumstances prevail, families join ranks to tackle the problem. Continue reading >>

Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech dwar il-Familja

Ittra Pastorali 24/2012

ITTRA PASTORALI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

INSAĦĦU L-FAMILJA

Lis-Saċerdoti, Reliġjużi, Persuni kkonsagrati u Lajċi Nsara.

Fostna hawn ħafna li jemmnu li l-familja hija l-aqwa teżor li għandhom il-Knisja u l-pajjiż. Il-familja hija riżorsa umana, soċjali, ekonomika u spiritwali. Ma nsibx kliem biex nuri l-apprezzament tiegħi għas-sens ta’ dedikazzjoni u l-ispirtu ta’ sagrifiċċju li hemm fil-parti l-kbira tal-familji tagħna. Huwa verament il-każ li d-demm qatt ma sar semm. Il-poplu tagħna tant għadu jgħożż il-familja li, għal ħafna, l-inkwiet fil-familja huwa l-ikbar diżgrazzja li jista’ jkollhom! Mhux rari li meta jitfaċċa xi saram familjari, il-familji jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jaraw kif isolvuh. Continue reading >>

IL-KURAĠĠ LI NIĠĠEDDU
ITTRA PASTORALI GĦALL-AVVENT 2011

 Ittra Pastorali - Avvent 2011 (PDF)

Pastoral Letter - Advent 2011 (PDF)

Ħutna,
Din l-ittra qed tasal għandkom fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-Milied. Il-Milied, fl-aspett uman, huwa r-rakkont ta’ kif żewġ ħajjiet – ta’ Marija u ta’ Ġużeppi – inbiddlu biex jidħol Ġesu` f’ħajjithom. It-tnejn ġew imnebbħin minn Alla. It-tweġiba ta’ Marija kienet “jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. It-tweġiba ta’ Ġużeppi kienet li jieħu lil Marija bħala martu. Anke fina trid issir bidla biex jidħol Ġesù.
Il-Kuraġġ li ninbidlu
L-esperjenza tixhdilna kemm huwa minnu dak li jgħidu x-xjuħ tagħna li “min ma jiġġeddidx, jitqadded”. L-eżempji ta’ dan għandna kemm irridu, kemm fil-ħajja individwali, kif ukoll fil-ħajja ekkleżjali u soċjali. Hemm min jirraġuna li aħjar ma tħarrikx l-ilma qiegħed għax jagħmel ir-riħa! Imma propju għax ikun qiegħed, l-ilma jinten. L-ilma ġieri huwa safi!
Min-natura tiegħu l-bniedem ifittex li jiġġedded hu u jġedded madwaru. Il-ħajja hi proċess fejn ngħaddu minn fażi għall-oħra. Fl-istess ħin, il-bniedem kapaċi jagħmel reżistenza għat-tibdil. Għandu ħila li jxekkel dan il-proċess u jagħżel li jibqa’ mwaħħal mal-imgħoddi. Għax xi drabi, li tibdel jew tbiddel jista’ jiswielna prezz. Mhux biss huwa skomdu li noħorġu barra mir-rutina ta’ dak li s-soltu jsir, imma jaf ikun hemm ir-riskji. Infatti hemm min jagħmel l-argument li: kif aħna nafu, kif ser inkunu ma nafux, allura nibqgħu kif aħna! Huwa minnu li mhux kull tibdil huwa għall-aħjar, imma huwa veru wkoll li mhux sew li l-bniedem jibqa’ staġnat. Għalkemm f’xi aspetti tal-ħajja tajjeb li wieħed jidra jgħix f’ċerti sitwazzjonijiet li ma hemmx soluzzjoni għalihom, bħal fil-każ ta’ mard li ma jitfejjaqx, f`aspetti oħra, li wieħed jidra jgħix ċertu stil ta’ ħajja jaf ikun gwaj mhux żgħir. Għax meta jidra żżejjed, il-bniedem imewwet fih ix-xewqa li jtejjeb il-ħajja tiegħu u tal-oħrajn. Hemm periklu li meta taħkimna l-abitudni, fis-sens negattiv tagħha, ma nibqgħux ngħixu! L-abitudni kapaċi twassal għal-laxkezza, għall-abbużi u l-medjokrità.

Continue reading >>

PDF Version

ITTRA PASTORALI

MILL-E.T. MONS. PAWLU CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta
u
MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH
Isqof ta’ Għawdex

 

IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA NISRANIJA
Ħutna,

Qegħdin niktbu din l-ittra tagħna wara mumenti ta’ skiet u riflessjoni. Xtaqna li dan il-kliem ngħiduh f’mument ta’ kalma, bit-tama li jidħol fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Inħossu li hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet importanti fuq il-kwalità tal-ħajja Nisranija ta’ kull wieħed u waħda minna. Dawn id-deċiżjonijiet jgħinuna biex ikollna Knisja li tkun ħmira għas-soċjetà tal-lum. Qegħdin ngħaqqdu din l-Ittra Pastorali max-xahar ta’ Ottubru, biex ngħaqqduha max-xahar tar-Rużarju, ħalli tkun imsaħħa minn din it-talba lil Marija Santissima.

Ir-Realtà tal-lum
Dawn id-deċiżjonijiet irridu neħduhom fil-kuntest ta’ tliet realtajiet kbar li jagħmlu aktar diffiċli l-għażla tagħna għal iktar twemmin fil-Mulej u għal iktar impenn biex nibnu l-Knisja fuq it-tagħlim ta’ Ġesù.

L-ewwel realtà hi l-bidla qawwija u mgħaġġla tas-soċjetà u l-kultura ta’ madwarna. Għan-Nisrani huwa diffiċli jidentifika lilu nnifsu f’kollox ma’ din il-kultura. Hija kultura li għenitna ngħixu aħjar xi valuri bħall-ambjent, l-aċċettazzjoni tal-persuni bi sfond kulturali differenti, il-ftuħ għar-realtà globali bl-opportunitajiet u r-riskji tagħha. Iżda min-naħa l-oħra saret iktar diffiċli li tgħix il-valuri Nsara bħalma huma: ir-rispett tal-individwu mit-tnissil sal-aħħar mument tal-ħajja, taż-żwieġ dejjiemi u ta’ familja stabbli fejn it-tfal jistgħu jitrabbew f’sigurtà, tal-esperjenza ta’ Alla li permezz tat-talb twassal għal impenn fil-Knisja u impenn Kristjan fis-soċjetà.

It-tieni realtà hi li minħabba d-dħul tad-divorzju f’pajjiżna, issa għandna soċjetà li iktar faċli tindarab fil-kuntest taż-żwieġ u l-familja. Dawn għandhom parti importanti ħafna fil-qafas tas-soċjetà u tal-Knisja. Għax id-dħul tad-divorzju jfieri kull żwieġ, kemm dak ċivili, kif ukoll iż-żwieġ sagrament.

It-tielet realtà hija l-każ ta’ abbużi ta’ minorenni minn xi saċerdoti. Kull tip ta’ abbuż iġib tbatija enormi. Inħossuna umiljati quddiem il-vittmi tal-abbuż, kif ukoll quddiem il-Knisja u quddiem is-soċjetà li għaliha ġejna mibgħuta biex inkunu xhieda. Continue reading >>

Pastoral Letter by Bishop Grech on the feast of the Assumption

18/2011

PASTORAL LETTER

OF H.E. MGR MARIO GRECH
BISHOP OF GOZO

ON THE OCCASION OF THE FEAST OF
THE ASSUMPTION OF OUR LADY
2011

 

A FOUNTAIN OF RUNNING WATER

My Dear Brethren,

Some time ago I met a man who intimated to me his great wish to meet someone who would talk to him about God. At the same time, with a sad facial expression he told me how difficult it has become nowadays to find someone who marvels at the beauty, the goodness and the holiness of God! Have we become so detached from God? Is it not a matter for concern that God’s absence from our minds and hearts deadened our need to refer to Him? Have we so much lost our thirst for God that we have become unable to refer to Him? Continue reading >>