Archive for the 'Bishop Mario Grech' Category

Id-Djoċesi ta’ Għawdex toffri akkomodazzjoni liż-żgħażagħ Għawdxin f’Malta

gozo-chancery.jpgF’Ittra lill-Poplu ta’ Alla li se tinqara fil-quddies kollu ta’ dan weekend f’Għawdex, l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech qal li d-Djoċesi ta’ Għawdex se tmexxi żewġ hostels f’Malta biex tgħin lil żgħażagħ Għawdxin ifittxu akkomodazzjoni finanzjarjament aktar sostenibbli f’Malta, biex ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom. Id-Djoċesi ta’ Għawdex setgħet tagħmel dan il-pass grazzi wkoll għall-koperazzjoni tal-Patrijiet Agostinjani u tas-Sorijiet tas-Saint Joseph.

Aqra l-Ittra tal-Isqof Grech minn hawn:  62-2018-hostels-fmalta-ghaz-zghazagh-ghawdxin.pdf

Pastorali ta’ Santa Marija - “Neħtieġu lil Kristu”

eucharistic-chapel-munxar.jpg61/2018

Ittra Pastorali

tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Marija Mtellgħa s-Sema
2018

 

 NEĦTIEĠU LIL KRISTU

Download English version: 61-2018-we-are-in-need-of-christ-pastoral-letter-santa-marija-2018-a4.pdf

Ħafna drabi tingħata l-impressjoni li f’pajjiżna, minkejja li l-kotra għandhom geddumhom fix-xgħir, ħafna jħossu l-vojt u, ipalaw kemm ipalaw, ma jirnexxilhomx ikunu kuntenti. Dan jikkonferma dak li jgħid Kristu dwarna: “Il-bniedem ma jgħixx biss bil-ħobż, imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla” (Mt 4:4). Bir-raġun lil-Lhud Ġesù jgħidilhom biex jitħabtu “mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom” (Ġw 6:27). Interessanti li meta l-Lhud jitolbuh jagħtihom minn dan il-ħobż, Ġesù jagħmel stqarrija qawwija ħafna: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ” (Ġw 6:35). Continue reading >>

Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-Isqof Mario Grech

Read the English version here:  60-2018-i-was-a-stranger-and-you-welcomed-me.pdf

60/2018

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

“Kont barrani u lqajtuni” (Mt 25:35)

i-was-a-stranger.jpgFl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin, San Pawl jitkellem dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla tal-Mulej, jew, kif nafuha aħna, il-quddiesa, u l-ikla tal-Aħwa, dik li kienet tissejjaħ “agape”. Kienu jiltaqgħu f’xi dar biex jagħmlu ikla u fl-istess okkażjoni jiċċelebraw l-Ewkaristija. Peress li spiss kien jiġri li l-għonja kienu jieklu għalihom u jittraskuraw lill-foqra, San Pawl jgħidilhom li, biex isseħħ l-għaqda mal-ġisem ta’ Kristu permezz tat-tqarbin, kellha sseħħ ukoll l-għaqda fost l-aħwa, billi jaqsmu l-ikel flimkien. Bi kliem iebes San Pawl jgħid lil-Insara: “Jew tridu twaqqgħu fil-għajb il-Knisja ta’ Alla u ġġiegħlu jistħu lil dawk li ma għandhomx?” F’kelma waħda, l-Ewkaristija kienet titlef mit-tifsira u mill-effikaċja tagħha meta l-foqra kienu jiġu mwarrba u ddisprezzati (ara 1 Kor 11:17-34). Continue reading >>

“Kont barrani u lqajtuni” - L-Isqof Grech

mediterranean-boat.jpg

Aqra wkoll: https://www.agensir.it/quotidiano/2018/7/9/malta-mons-grech-gozo-dio-e-li-immerso-nel-mare-insieme-ai-migranti-monito-contro-il-populismo/

https://www.vaticannews.va/it/vaticano/news/2018-07/migranti-intervento-mons-auza-intervista-vescovo-gozo.html

Omelija fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors
Santwarju parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir u l-Madonna tas-Sokkors, Ta’ Kerċem
Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Hija tassew ħasra li għal ħafna minna l-ġrajja tal-kruċifissjoni ta’ Ġesù tilfet is-seħer tagħha! Irridu l-Kurċifiss bħala parti mill-għamara tagħna, imma mbagħad tgħidilniex nidħlu fil-qalba tal-esperjenza li għadda minnha Kristu msallab. Wieħed jista’ jagħżel jekk jiksibx kurċifiss tal-ġibs, tal-ivorju jew tal-fidda; imma wieħed ma jistax jagħżel li jagħti tifsira egoista ta’ din il-ġrajja (bħal meta nersqu quddiem Ġesù msallab nitolbuh xi grazzja), inqas u inqas li jbattalha minn kull tifsira. Continue reading >>

Stqarrija ghall-istampa mill-Isqfijiet Maltin dwar il-kaz tal-vapur Lifeline

lifeline.jpg

Aqra l-Istqarrija tal-Isqfijiet Maltin: 65-stqarrija-tal-isqfijiet.pdf

Ritratt: newsbook.com.mt

Is-Seminarju ta’ Għawdex ifakkar lil Patri Arthur Vella SJ

Omelija fit-tmiem tas-Sena ta’ Formazzjoni u b’suffraġju ta’ Patri Arthur J. Vella SJ
Kappella tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
It-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

fr-arthur-vella-sj-commemoration.jpeg

IL-BNIEDEM TA’ ALLA JURINA T-TRIQ

Elija kien jgħix f’kuntest soċjali korrott! Fi żmienu s-soċjetà kienet tħassret minn rasha tant li s-sultan Aħab u Ġeżabel organizzaw il-qtil ta’ Nabot biex setgħu jistagħnew. Min jaf kemm Elija ħassu konfuż meta Alla bagħtu jgħid lis-sultan: “Int bgħett ruħek biex tagħmel il-ħażin” (1 Slat 21:17-29)!

Għall-bniedem ta’ Alla din hija t-tensjoni ta’ kull epoka. Fil-fatt, is-soċjetà tagħna mhix ħafna aħjar minn dik ta’ żmien Elija. Illum tant messejna l-qiegħ li wasalna biex inqiegħdu f’riskju l-ħajja umana biex nagħmlu l-flus. Il-mistoqsija li tqum hija x’inhu mistenni minna li nagħmlu f’dan il-kuntest! Continue reading >>

Anniversarji ta’ saċerdoti u reliġjużi fil-Bażilika tan-Nadur

Omelija f’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għal anniversarji presbiterali u reliġjużi
Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
L-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

nadur-anniversarji.jpg

IL-JIEN BIL-LĠIEM

Ftit ilu erba’ aħwa resqu biex jikkonkludu kuntratt ta’ bejgħ, imma għal ftit ma fettluhiex, għax bejniethom ma setgħux jaqblu fuq min minnhom kien imissu jieħu 50ċ! Dan meta bejniethom kienu ser idaħħlu kemxa flus ġmielha. Biex ma jisfrattax il-kuntratt, xi ħadd li kien preżenti offra li jagħtihom 50ċ minn butu. Continue reading >>

Festa fis-Santwarju Ta’ Pinu

Omelija fil-Festa tas-Sejħa tal-Verġni Mbierka Ta’ Pinu
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

ta-pinu.jpg

ALLA LI JĊEDI GĦALL-BNIEDEM

Meta xi ħadd iċedi quddiem xi ħadd ikbar minnu, ħafna drabi nittimbrawh bħala dgħajjef, beżżiegħi, tellief jew ġifa. Fil-fatt, ħafna jippreferu jkunu determinati, deċiżi, riżoluti.

Meta naqra r-rakkont tat-tieġ ta’ Kana jolqotni l-fatt li Ġesù jċedi għat-talba insistenti ta’ Ommu. Meta Marija titolbu jagħmel xi ħaġa għax kien spiċċa l-inbid, Ġesù jweġibha li kienet għadha ma waslitx is-siegħa li jagħmel il-mirakli. Imma minkejja li kellimha hekk, quddiem il-karba ta’ Ommu, Ġesù jċedi u jibdel l-ilma fl-inbid. Huwa jasal biex iċedi proprju għax huwa qawwi. F’Kana, Ġesù mhux biss iċedi minħabba Ommu, imma wkoll minħabba l-pressjoni li kienet inħolqot f’dak l-ambjent peress li kienet ser titħassar il-festa għax l-inbid spiċċa. Quddiem din il-miżerja, Ġesù jintrebaħ. Il-miżerja umana żżarma l-qalb ta’ Kristu.  Continue reading >>