Published on September 30, 2017
in Circulars.
57/2017
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Ir-Rużarju huwa Sellum tas-Sema
Hija l-għaxqa tiegħi meta nixref sa Ta’ Pinu u nara żgħażagħ, koppji u familji bil-kuruna tar-rużarju f’idejhom bilqiegħda quddiem il-mużajċi li minn ftit xhur ’l hawn iżejnu l-ispazju sagru ta’ quddiem is-Santwarju. Il-preżenza ta’ dawn il-pellegrini miġbura fit-talb tolqot l-għajn anki tard billejl. Nemmen li dawn il-persuni huma rifless ta’ dak li jsir fis-satra ta’ ħafna minn djarna, fejn il-familji jintasbu madwar il-mejda tal-ikel jew jitgeddsu fuq is-sodda biex iqasstu r-rużarju.
Issa li bdejna x-xahar ta’ Ottubru, magħruf bħala x-Xahar tar-Rużarju, nixtieq ngħid kelma ta’ apprezzament lil dawk li għandhom għal qalbhom ir-Rużarju, u fl-istess waqt nistieden oħrajn biex jitħajru jibdew jgħidu din it-talba tant sempliċi u fl-istess waqt profonda.
Fit-13 ta’ Ottubru ta’ mitt sena ilu, eżattament fl-aħħar dehra tagħha f’Fatima, Omm Ġesù ppreżentat ruħha lit-tliet ragħajja ċkejknin – Luċija, Ġjaċinta u Franġisku – bħala l- “Madonna tar-Rużarju”, u qaltilhom biex jgħidu din it-talba sikwit. Continue reading >>
54/2017
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
TBERIK TAL-MUŻAJĊI TAR-RUŻARJU
Fl-antik mhux in-nies kollha kienu jafu jaqraw u jiktbu. Biex jgħinu lil dawn il-persuni jkunu jafu l-Kelma ta’ Alla, inħolqot dik li tissejjaħ “il-Bibbja tal-foqra”. Din kienet Bibbja bl-istampi li jirrappreżentaw xeni mill-ħajja ta’ Ġesù.
Anki l-pittura fil-knejjes tagħna ma saritx biex iżżejjen imma biex tgħin lill-poplu ta’ Alla jkun jaf iktar dwar il-ħajja tal-qaddisin. Kienet isservi ta’ katekeżi viżiva ferm qabel ma ġew ivvintati l-mezzi moderni tal-komunikazzjoni.
Dan l-aħħar, fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu tpoġġew mużajċi li jirrappreżentaw l-għoxrin misteru tar-Rużarju, xogħol taċ-Centro Aletti ta’ Ruma. Din mhix biss opra artistika l-ġmiel tagħha, għax min ħoloqha huwa mhux biss artist iżda teologu fl-istess ħin. Fil-fatt, dawn il-mużajċi għandhom kontenut profond dwar il-misteru ta’ Ġesù u ta’ Marija ta’ Nazaret. Continue reading >>
51/2016
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
TALB GĦALL-PAĊI FIS-SIRJA
Waqt li f’dawn il-jiem f’widnejna jasal id-daqq u l-kant ħelu tal-Milied, għajnejna jinħatfu mid-dawl ipetpet li jżejjen it-toroq u mnifsejna jimtlew bir-riħa ta’ ikel bnin, in-nies ta’ Aleppo fis-Sirja għandhom widnejhom imtarrxa bl-isparar tal-artillerija, għajnejhom jingħalqu mat-tlaħliħ tal-balal li neżlin fuqhom u mnifsejhom fgati bir-riħa tal-mewt! L-aħbarijiet u x-xeni li qed jaslu dwar il-gwerra fis-Sirja huma tal-waħx; imma twaħħax wisq aktar id-dgħufija tal-istrutturi internazzjonali li suppost qegħdin hemm biex jiggarantixxu l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-paċi – imma fir-rigward tas-Sirja bħal donnhom tilfu s-snien. Continue reading >>
50/2016
Letter to the People of God
of H.L. Mgr. Mario Grech
Bishop of Gozo
THE CRUCIFIX A NARRATIVE OF THE FORBEARANCE
AND THE MERCY OF GOD
As many people have become impatient, there is someone whose patience exceeds that of Job. This is our God who never gives up on us humans, who never tires of loving us and showing us mercy. He is the Lord God who “is patient and gracious, slow to anger and abounding in kindness and fidelity.” (Ex. 34:6).
We have reached the end of the Extraordinary Jubilee of Mercy. I am convinced that many were those who, during this year, discovered this patience of God, were encouraged, approached Him and realised that it was not they who were seeking God but it was God who, driven by mercy, was stalking them. I am sure that some of you are agreeing with me because they had thought that God was disgusted by their behaviour and had distanced Himself from them, but then found Him waiting for them on their doorstep, ready to enter and stay with them the moment they opened the door. Continue reading >>
50/2016
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
IL-KURĊIFISS RAKKONT TAS-SABAR U L-MIŻERIKORDJA TA’ ALLA
Jekk ħafna saru jitilfu l-paċenzja, hemm wieħed li s-sabar tiegħu jiżboq lil dak li kellu Ġob. Dan huwa Alla tagħna li qatt ma jaqta’ qalbu minna l-bnedmin, li ma jegħja qatt iħobbna u juri magħna miżerikordja. Huwa Alla li “jistabar u jħenn, tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Eż 34:6).
Wasalna fit-tmiem tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Jiena konvint li kienu ħafna dawk li matul din is-sena ntebħu b’din il-paċenzja ta’ Alla, għamlu l-qalb, resqu għandu u saru jafu li mhux huma kienu qed jiġru wara Alla, imma li Alla, misjuq mill-ħniena, kien qed jiġri warajhom. Jien ċert li fostkom hemm min qiegħed jagħtini raġun għax ħaseb li Alla kien stmell għemilu u tbiegħed minnu, imma mbagħad sabu qiegħed jistennieh fuq l-għatba ta’ biebu, lest biex, hekk kif jiftaħlu, jidħol u joqgħod għandu. Continue reading >>
49/2016
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
TALB GĦAX-XITA
Dan l-aħħar kont inżur xi parroċċi u nnutajt diversi persuni jitolbu lil Alla biex jibagħtilna x-xita. Din il-fiduċja li n-nies tagħna għandhom fil-Providenza Divina tferraħni u tfarraġni, għax dan huwa sinjal ieħor li jgħidilna li l-poplu tagħna jemmen qatigħ f’Alla. Continue reading >>
Mons. Isqof Mario Grech ħareġ Ittra Ċirkulari fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri George Bugeja O.F.M.
Aqra l-Ittra Ċirkulari minn hawn: 43-2015-ordinazzjoni-episkopali-patri-george-bugeja-ofm.pdf
Read the English version of the Bishop’s Letter regarding the episcopal ordination of Friar George Bugeja O.F.M.: 43-2015-ordinazzjoni-episkopali-patri-george-bugeja-ofm-english-version.pdf
41/2015
ITTRA ĊIRKULARI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Leħen id-demm ta’ ħutna jgħajtilna
Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Reliġjużi, Persuni Kkonsagrati u Lajċi Nsara.
Għeżież,
Jumejn ilu ċċelebrajna s-solennità liturġika tal-Qalb ta’ Ġesù. Aħna ninġibdu lejn din il-Qalb Divina, u nikkontemplaw l-imħabba ta’ Ġesù li wasslitu biex joffri demmu għall-fidwa tal-bnedmin. L-eżempju tal-imħabba ta’ Ġesù jqanqalna biex aħna wkoll nagħtu demmna lil xulxin. Propju llum, 14 ta’ Ġunju, fid-dinja kollha qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Dan il-Jum ifakkarna fil-ġest kbir u sabiħ ta’ ħafna nies li, imqanqlin mill-imħabba lejn l-oħrajn, regolarment jagħtu d-demm. Hu ġest żgħir ta’ ftit ħin, imma li jista’ jsalva ħajja ta’ persuna. Continue reading >>