Archive for the 'Messages' Category

300 sena mid-Dedikazzjni tal-Katidral tal-Assunta

 

serata-muziko-letterarja-300-katidral.jpg

Messaġġ f’Lejla ta’ Tifkira tat-Tliet Mitt Sena mid-Dedikazzjoni
tal-Katidral ta’ Għawdex (1716 – 11 ta’ Ottubru – 2016)
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria
Il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

ILBIERAĦ U LLUM

Inħossni kburi li ninsab f’din il-knisja li ġiet ikkonsagrata tliet mitt sena ilu u maż-żmien saret il-Katidral tad-Djoċesi. Waqt li llejla kont qed nisma’ ż-żewġ diskorsi prinċipali dwar l-istorja kif ukoll l-eżekuzzjoni mużikali, ħassejt sodisfazzjon kbir għaliex stajt napprezza l-għeruq tagħna mhux biss bħala Għawdxin imma wkoll bħala Nsara. Continue reading >>

IL-ĦAJJA KKONSAGRATA FORĊINA GĦALL-FAMILJI

Messaġġ fis-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu
Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

img_2241.jpg

Illum ukoll il-Mulej għadu jsejjaħ lejh lil dawk li jrid (Mk 3:13).  Is-sejħat tiegħu huma varji. Peress li qegħdin fis-Sena ddedikata lill-Ħajja Kkonsagrata u ftit ġimgħat ilu kellna s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja, nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar dawn iż-żewġ sejħat kbar: il-ħajja kkonsagrata u l-ħajja taż-żwieġ u l-familja. Continue reading >>

Messaġġ fil-Konferenza Nazzjonali dwar “Il-Familja fit-Tielet Millennju” organizzata mill-Fondazzjoni OASI

oasi-2015-1.jpg

Messaġġ fil-Konferenza Nazzjonali dwar “Il-Familja fit-Tielet Millennju” organizzata mill-Fondazzjoni OASI
Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Darba wieħed raġel mar f’ristorant biex jipprogramma ikla: xtaq pranzu mill-aqwa u bħala deżerta ordna li jġibulu “tuffieħ” varjat.  Wasal jum il-pranzu u wara li mexmex kollox, talab li jressqulu d-deżerta.  Hu tmeżmeż xħin imlewlu l-mejda b’kull xorta ta’ tadam.  Sejjaħ lis-sid u stħarreġ għaliex wara ikla tajba kienu qed joffrulu t-tadam.  Is-sid wieġbu li kien qed iservih skont kif ordna.  Ir-raġel beda jitlef is-sabar u qallu: “Issa qed tħawwadni u nissuspetta li qed tgħaddini biż-żmien, għax jien ordnajt ‘tuffieħ ta’ belludja’ (apples)”.  Is-sid infixel ukoll għax bil-kelma tuffieħ huwa kien fehem “tuffieħ tadam”. Continue reading >>

Messaġġ tal-Isqof Grech lit-Tfal u Adolexxenti tal-Ewwel Tqarbina u Griżma tal-Isqof

precett.jpgL-IRĦIS, GĦOLI!
Messaġġ lil dawk li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof

L-esperjenza tgħallimna kemm huwa minnu li “l-irħis, għoli”.  Dan spiss jiġri meta biex taparsi niffrankaw xi ħaġa, nixtru oġġett li ma jkunx jiswa ħafna, imbagħad insibu li huwa ta’ kwalità inferjuri; imma dan jiġri wkoll meta wieħed ikun moħħ ir-riħ u jgħaddi ħajtu jaħli ż-żmien u jiskarta kull għamla ta’ impenn.  Min fil-ħajja jieħu dan l-atteġġjament, faċli jaħseb li f’konfront ma’ dawk li huma attenti biex jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom, hu jkun qed igawdi!  Imma min jaħseb hekk jarrilu, għax jgħaddu ftit tas-snin u malajr jiġi f’tiegħu li f’ħajtu jkun ħela opportunitajiet kbar – jiftaħ għajnejh u jinduna li “l-irħis, għoli”. Continue reading >>

L-Istudenti jiċċelebraw il-ħajja

Messaġġ fiċ-Ċelebrazzjoni favur il-Ħajja għall-istudenti tal-Forms 3 u 4 tal-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja f’Għawdex
Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu
It-Tlieta 26 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

celebrazzjoni-favur-il-hajja-2.jpg

ĠNIEN IWARRAD

Meta nħares lura lejn dawn il-wieħed u tletin sena ta’ ħajja saċerdotali, inħoss li għandi nirringrazzja lil Alla li qegħedni fi ġnien kollu fjuri sbieħ u nqeda bija biex jikkura u jsaqqi dan il-ġnien biex il-fjuri jkomplu jnibbtu, jikbru, jiftħu, iħejnu u jfewħu.  Parti minn dan il-ġnien huwa intom l-adolexxenti u ż-żgħażagħ.  Fin-nuqqas tagħkom, il-ġnien ikun għeri u ikrah; imma kull wieħed u waħda minnkom hija warda li kellha l-bidu tagħha f’żerriegħa ċkejkuna, u wara disa’ xhur moħbija fil-ġuf tal-omm, din il-warda bdiet tnibbet, tispunta, tikber, tarmi weraq il-ġmiel tiegħu u twarrad b’kuluri l-ġmiel tagħhom.

Bħalma l-fjuri, għalkemm imdandna bil-ġmiel, huma dgħajfa u faċli li tiġrilhom il-ħsara għax jistgħu jitqaċċtu, jinkisru jew jitgħaffġu, hekk ukoll il-ħajja umana hija delikata u fraġli tant li tista’ titneżża’ mill-ġmiel tagħha u saħansitra titgħaffeġ taħt ir-riġlejn.  Hekk jiġrilu min jinqabad fil-vizzju tax-xorb, tat-tipjip u tad-droga.  Nuqqas ta’ ħsieb fis-sewqan jaf iqiegħed fil-periklu kemm il-ħajja ta’ min ikun isuq u kemm tal-oħrajn. Continue reading >>

Ħatra ta’ Arċipriet ġdid għall-Parroċċa Ta’ Sannat

24 ta’ April 2014

Komunikat lill-Parroċċa ta’ Sannat

Ngħarraf lill-komunità parrokkjali Ta’ Sannat li llum, il-Ġimgħa 24 ta’ April 2015 ħtart lill-Arċipriet il-Kan. Tarcisio Camilleri bħala Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Peress li minħabba din il-kariga, vakat il-parroċċa Ta’ Sannat, qed ħatar lill-Vigarju Parrokkjali ir-Rev.du Dun Michael Curmi bħala Arċipriet ġdid tal-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat.

Filwaqt li nirringrazzja lill-Kan. Tarcisio Camilleri li għal dawn l-aħħar 26 sena u nofs qeda b’fedeltà, imħabba u dedikazzjoni l-parroċċa tagħkom, nixtieqkom tilqgħu fostkom bħala Arċipriet ġdid tagħkom lil Dun Michael Curmi.

Sakemm ir-Rev. Michael Curmi jieħu l-pussess kanoniku tal-parroċċa, jiena b’effett mil-lum naħtar lill-Kanonku Dun Tarcisio Camilleri Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa tagħkom.

Nitlob fuqkom ilkoll, bl-interċessjoni ta’ Santa Margerita Verġni u Martri, il-barka tas-Sema.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

SERVIZZ FUNEBRI INTER-RELIĠJUŻ GĦAL-IMMIGRANTI

MESSAĠĠ MILL-ISQOF MARIO GRECH
Il-Ħamis 23 ta’ April 2015

521006-750x315.jpg

Għandna quddiemna erbgħa u għoxrin katavru ta’ bnedmin mhux identifikati imma nafu li ħafna oħrajn, mijiet, qed jistrieħu fiċ-ċimiterju kbir li sar il-Mare Nostrum illum il-ġurnata.  Ma nafux ismijiethom, ħajjithom, – nafu biss li kienu qed jaħarbu minn sitwazzjoni ta’ disperazzjoni biex ifittxu l-ħelsien u ħajja aħjar.
Insejħulhom Mhux Identifikati.  Imma nibkuhom, nibku t-telfa tagħhom, nixtiequ nagħtuhom l-aħħar turija ta’ rispett.  Għaliex?  Għax fil-fond ta’ qalbna, irrispettivament mit-twemmin, il-kultura, in-nazzjonalità, ir-razza tagħna, aħna nafu li huma bnedmin ħutna. Continue reading >>

MIGRANTS INTER-FAITH FUNERAL SERVICE

MESSAGE BY HL. Msgr MARIO GRECH,
BISHOP OF GOZO
Thursday 23rd April 2015

520778-750x315.png

We are in the presence of twenty-four unidentified dead human bodies but we know that many more, hundreds, lay in the great graveyard that the Mare Nostrum has become. We know not their names, their lives, – we just know that they were escaping from a desperate situation trying to find freedom and a better life.
We call them the Unidentified. Yet we mourn them, we weep their loss, we want to give them our last respects. Why? Because deep inside, irrespective of our creed, culture, nationality, race, we know that they are our fellow human beings.
« Who is my neighbour? » - In the Gospel we heard the lawyer asking Jesus to provide him an interpretation of the commandment of love. He – the lawyer – knew the law. Yet he feels uneasy with Christ’s answer because what he got was not his expected academic discourse but a down-to-earth, concrete answer. Continue reading >>