Archive for January, 2019
65/2019
Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
PELLEGRINAĠĠ DJOĊESAN
BIL-KWADRU TAL-MADONNA TA’ PINU
Għeżież ħuti,
Fil-jiem li għaddew għexna mumenti sbieħ ħafna meta l-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu wasal f’xi wħud mill-parroċċi tagħna u rajna żgħar u kbar jifirħu madwar Ommna Marija. Għalkemm it-temp xitwi u kienu ġranet ferjali, il-poplu ma beżax jilqa’ lil Marija għandu.
F’dan il-mument storiku għad-Djoċesi tagħna, ħafna semgħu għall-ewwel darba tagħrif dwar l-istorja tas-Santwarju Ta’ Pinu u l-esperjenza li Karmni Grima u Franġisk Portelli kellhom tal-Verġni Mbierka fl-1883. Fl-istess waqt, ħafna approfittaw mill-fatt li l-Madonna Ta’ Pinu kienet daqshekk qrib tagħhom, resqu lejha u fetħu qalbhom magħha. Min jista’ jgħid x’għadda f’dawn il-jiem bejn id-devoti u Marija, xi ntqal f’widnejha, xi tqiegħed taħt ħarsitha kollha mħabba, u liema sigrieti ġew imqiegħda fil-qalb materna tagħha! Kien ta’ faraġ kbir għalina nosservaw li l-preżenza ta’ Marija qanqlet ħafna biex isibu ħin jitolbu quddiem Ġesù Ewkaristija, jieħdu sehem fil-quddiesa, jgħidu r-Rużarju, jippreżentaw it-trabi lill-Madonna, jersqu għas-sagramenti tal-Qrar u tad-Dilka tal-Morda, u jagħmlu karità. Il-waqfa qasira tal-Kwadru fl-Isptar Ġenerali kellha tifsira qawwija għal dawk li bħalissa għaddejjin mill-prova tal-mard. Continue reading >>
Niżżel il-formola tal-Abbonament: flyer-abbonament-hg-2019.pdf
Download English version: 09-sustainable-development-en.pdf
Download Maltese version: 09-zvilupp-sostenibbli-mt.pdf
Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-pittura tal-Madonna Ta’ Pinu, il-Kwadru tal-Madonna se jinqala’ mis-Santwarju u jinġarr madwar id-Djoċesi tagħna fil-Parroċċi u fl-Isptar Ġenerali. Din il-ġrajja tqanqalna biex “ma nibżgħux nilqgħu lil Marija fi djarna u f’qalbna!
Hawn taħt il-programm taż-żjara. Aktar dettalji mill-istess Parroċċi u miċ-Chaplaincy tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Ittra mill-Konferenza Episkopali Maltija lis-Segretarju Ġenerali tal-COMECE
(il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-isqfijiet tal-Unjoni Ewropea)
Fr Olivier Poquillon OP
Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE)
Square de Meeûs, 19/1
B-1050 Brussels
Belgium
3 ta’ Jannar 2019
Għażiż Fr Poquillon,
Aħna, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, qed niktbu din l-ittra biex nuru t-tħassib serju tagħna u nitolbu għas-sapport ta’ ħutna l-isqfijiet fl-Ewropa, dwar is-sitwazzjoni ta’ 49 migranti li ilhom jiem sħaħ bejn sema u ilma fil-Baħar Mediterran.
Ironikament, hekk kif aħna l-Kattoliċi konna qed niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu li huwa wkoll ma ngħatax kenn fit-twelid, grupp ta’ 32 migrant ġie mċaħħad milli jingħata kenn fl-Ewropa wara li ġie salvat ’il barra mil-Libja. Dawn il-persuni ilhom fuq il-baħar fuq bastiment ta’ salvataġġ għal mhux inqas minn 13-il jum, u tħallew jidħlu biss fl-ibħra territorjali Maltin ilbieraħ, l-Erbgħa 2 ta’ Jannar, biex jistkennu minn maltempata. 17-il migrant ieħor salvati minn bastiment ieħor ta’ għaqda mhux governattiva oħra ilu fuq il-baħar għal ħamest ijiem. Continue reading >>