L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għadu kemm ħatar lil DUN DANIEL SULTANA, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra, bħala Assistent Segretarju Pastorali tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria.
Dun Daniel twieled fil-5 ta’ Ottubru 1988. Hu ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Mejju 2014. Wara l-Ordinazzjoni presbiterali f’Għawdex, hu mar Ruma fejn ta servizz pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gabrijel tal-Addolorata. Fl-aħħar erba’ snin studja u kiseb b’suċċess Liċenzja fil-Komunikazzjoni Istituzzjonali tal-Knisja mill-Università Pontifiċja ta’ Santa Croce.
Archive for October, 2018
PREVENZJONI, AZZJONI F’WAQTHA U KAŻIJIET RIFERUTI LILL-PULIZIJA
Id-deċiżjoni tal-Isqfijiet Maltin li jipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l-ministeru tas-saċerdozju, minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, turi li l-Knisja timxi bi kriterji speċifiċi u aktar stretti minħabba r-responsabbiltà li l-liġi tal-Knisja tpoġġi fuq kull membru tal-kleru. Dan qalu l-Kap tas-Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-kummissjoni tal-Knisja responsabbli mill-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli.
Kompli aqra minn hawn: 110-stqarrija-safeguarding-commission-rapport-2017-mt.pdf
Read the press release here: 110-press-realease-safeguarding-commission-report-2017-en.pdf
Aqra l-Istqarrija minn hawn: 104-kummissjoni-dottrinali.pdf
Aqra d-Digriet tal-E.T. Mons. Mario Grech minn hawn: digriet-promulgazzjoni-regolamenti-protezzjoni-data.pdf
General Decree on the Protection of Data (Diocese of Gozo): general-decree-on-the-protection-of-data-gozo-diocese.pdf
Parish Data Protection: parish-data-protection.pdf