ĦATRA TA’ ASSISTENT SEGRETARJU PASTORALI DJOĊESAN U VIGARJU PARROKKJALI

dun-daniel-j-sultana.jpgL-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għadu kemm ħatar lil DUN DANIEL SULTANA, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra, bħala Assistent Segretarju Pastorali tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria.
Dun Daniel twieled fil-5 ta’ Ottubru 1988. Hu ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Mejju 2014. Wara l-Ordinazzjoni presbiterali f’Għawdex, hu mar Ruma fejn ta servizz pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gabrijel tal-Addolorata. Fl-aħħar erba’ snin studja u kiseb b’suċċess Liċenzja fil-Komunikazzjoni Istituzzjonali tal-Knisja mill-Università Pontifiċja ta’ Santa Croce.