Hostels għall-Istudenti Għawdxin f’Malta

Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja Veskovili ta’ Għawdex

Stqarrija għall-Istampa [ST/07/2018]

8 ta’ Settembru 2018

HOSTELS GĦALL-ISTUDENTI GĦAWDXIN F’MALTA

 Wara li nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2018, id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret li, bil-kollaborazzjoni tal-Patrijiet Agostinjani u s-Sorijiet ta’ St Joseph, ser tiftaħ żewġ hostels għall-istudenti Għawdxin li qegħdin f’xi istituzzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja f’Malta (l-Università, l-MCAST, l-ITS, jew l-ACCA), is-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi lbieraħ ikkomunika dan li ġej:

 (1) Bejn  iż-żewġ hostels hemm total ta 21 post: disa’ kmamar singoli u sitt kmamar ta’ tnejn. Ħafna mill-kmamar huma bil-banju en suite.

 (2) Jista’ japplika kull student li joqgħod Għawdex.

 (3) Ġew ippubblikati l-kriterji (mehmużin ma’ din l-Istqarrija, jew mir-Reception tal-Kurja djoċesana) li fuqhom ser jimxi l-Bord li ser jagħżel min ser jidħol.

(4) Il-Bord tal-Għażla huwa magħmul mis-Sur Victor Gusman (is-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi), Dr Joe Azzopardi (Lekċerer fl-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy fl-Università ta’ Malta), is-Sur Richard Matrenza (accountant u trejdunjonista), u membru mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Gozo University Group (GUG).

(5) Il-kontribuzzjoni hija ta’ €100 fix-xahar (minn Ottubru sa Ġunju).

(6) Il-ħlas tas-servizzi tad-dawl, il-gass, l-ilma, l-internet u t-tindif jinqasam bejn l-istudenti.

(7) L-applikazzjonijiet iridu jaslu lis-Segretarju Amministrattiv, il-Kurja tal-Isqof, Triq ir-Repubblika, il-Belt Victoria, sat-22 ta’ Settembru 2018.

Dawk li jintgħażlu, jiġu mgħarrfa bil-miktub sas-26 ta’ Settembru 2018.

 

NIŻŻEL IL-FORMOLA BIEX TAPPLIKA: student-form.pdf