Archive for July, 2018

MALTA SER TOSPITA L-LAQGĦA TAL-UFFIĊJALI TAL-MIDJA U L-KELLIEMA TAL-ISQFIJIET EWROPEJ

70-laqgha-ccee-malta.jpg

Fuq stedina tal-Isqfijiet Maltin, il-laqgħa annwali tal-uffiċjali tal-midja u l-kelliema tal-Konferenzi Episkopali Ewropej ser issir f’Malta f’Ġunju tas-sena d-dieħla. Dan tħabbar fi tmiem laqgħa li saret f’Ruma ftit tal-jiem ilu fuq stedina tac-CEI (il-Konferenza Episkopali Taljana). Għal din il-laqgħa Malta kienet irrappreżentata minn Kevin Papagiorcopulo, Delegat tal-Arċisqof għall-Midja, f’isem l-Isqfijiet Maltin.

Kompli aqra minn hawn: 70-laqgha-ccee-malta.pdf

In-service training għall-Għalliema fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

in-service-training-2018-gozo-church-schools.jpg

Mons. Isqof Mario Grech ikellem lill-Għalliema tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

“Biex il-modernità terġa tiġi ċivilizzata, il-bniedem għandu bżonn ir-reliġjon: meta r-reliġjon hija tradotta poltikament f’lingwaġġ lajk, hija tgħin lis-soċjetà Ewropeja tħares ir-riżorsi morali tagħha”.  Mhux xi ħassieb Kattoliku li qed jinsisti dan, imma Jurgen Habermas, wieħed mill-aktar filosfi influwenti kontemporanji, u li hu wkoll jinzerta li hu ateju.

Kien dan id-diskors li beda bih Mons Isqof meta llum ta bidu għal tlett ijiem in-service training għall-edukaturi tal-primarja Għawdxin fl-iskejjel tal-knisja. Mons. Isqof saħaq fuq il-fatt li kull edukatur huwa edukatur tar-reliġjon, mhux ir-reliġjon tal-istejjer, imma r-reliġjon tal-valuri li kull edukatur Nisrani hu mistenni li jħaddan u jgħix bħala xhieda għall-oħrajn. L-edukatur Nisrani mhux biss dak li huwa espert fis-suġġett partikulari tiegħu, imma li dak is-suġġett jgħallmu b’imħabba, u qabel dan iħobb anke lill-istudent, u jifhem minn fejn dan ikun ġej, bil-problemi u sfidi kollha li kull student iġib miegħu. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Lulju 2018

newsheet-lulju-2018-1.jpgAqra minn hawn: newsheet-lulju-2018.pdf