- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

L-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ISQOF AWŻILJARJU ELETT TA’ MALTA

Posted By admin On July 21, 2018 @ 12:09 pm In Press Releases | Comments Disabled

02-mgr-joe-galea-curmi-e1532154882365.jpgL-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, ser issir is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018, fil-Katidral tal-Imdina, fis-7 p.m. Il-Quddiesa ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna filwaqt li l-Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.

Lejlet l-ordinazzjoni, il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, fis-7:30 p.m., ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Mons. Galea-Curmi trabba u jgħix f’din il-parroċċa. Waqt il-velja huwa ser jagħmel l-istqarrija tal-fidi, jieħu l-ġurnament tal-fedeltà u jitbierku l-insinji episkopali (il-baklu, il-mitra u ċ-ċurkett) li ser jintużaw waqt l-ordinazzjoni.

L-Isqof Awżiljarju Elett jistieden lill-komunità Nisranija tingħaqad miegħu fiż-żewġ okkażjonijiet (il-Ġimgħa u s-Sibt), u biex titlob għalih sabiex il-Mulej ikun l-għajnuna u l-qawwa tiegħu f’din ir-responsabbiltà ġdida fdata lilu mill-Papa Franġisku.

L-arma araldika tal-Isqof Galea-Curmi tirrappreżenta l-kunjomijiet tal-ġenituri tiegħu, Galea Curmi u Mifsud Bonnici. Bħala motto tal-episkopat tiegħu, Mons. Galea-Curmi għażel il-frażi Vitam alere caritate (Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba) ispirata mir-rakkont tal-Evanġelju li fih, b’umiltà kbira, Ġesù ħasel saqajn l-appostli. Fi kliem l-Isqof Elett, “Il-ħajja hi sabiħa meta ngħixuha bl-imħabba għax hi l-imħabba li tgħin lill-bniedem isib il-milja ta’ ħajtu, kif uriena Ġesù.”

[1] 73-arma-araldika-tal-isqof-joseph-galea-curmi.jpg


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2018/07/21/l-ordinazzjoni-episkopali-tal-isqof-awziljarju-elett-ta%e2%80%99-malta/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2018/07/73-arma-araldika-tal-isqof-joseph-galea-curmi.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.