Archive for July, 2018

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Awwissu 2018

newsheet-awwissu-2018-1.jpgAqra minn hawn: newsheet-awwissu-2018.pdf

Żewġ esperjenzi fil-Missjoni

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jgħin f’dawn iż-żewġ inizjattivi missjunarji:

Esperjenza ta’ volontarjat missjunarju fil-Gwatemala: container-for-guatemala.jpg

Esperjenza ta’ volontarjat missjunarju fil-Kenja: tombola-kenya.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 22 ta’ Lulju 2018

bullettin-2018-lulju-22.jpg

L-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ISQOF AWŻILJARJU ELETT TA’ MALTA

02-mgr-joe-galea-curmi-e1532154882365.jpgL-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, ser issir is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018, fil-Katidral tal-Imdina, fis-7 p.m. Il-Quddiesa ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna filwaqt li l-Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.

Lejlet l-ordinazzjoni, il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, fis-7:30 p.m., ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Mons. Galea-Curmi trabba u jgħix f’din il-parroċċa. Waqt il-velja huwa ser jagħmel l-istqarrija tal-fidi, jieħu l-ġurnament tal-fedeltà u jitbierku l-insinji episkopali (il-baklu, il-mitra u ċ-ċurkett) li ser jintużaw waqt l-ordinazzjoni. Continue reading >>

Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-Isqof Mario Grech

Read the English version here:  60-2018-i-was-a-stranger-and-you-welcomed-me.pdf

60/2018

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

“Kont barrani u lqajtuni” (Mt 25:35)

i-was-a-stranger.jpgFl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin, San Pawl jitkellem dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla tal-Mulej, jew, kif nafuha aħna, il-quddiesa, u l-ikla tal-Aħwa, dik li kienet tissejjaħ “agape”. Kienu jiltaqgħu f’xi dar biex jagħmlu ikla u fl-istess okkażjoni jiċċelebraw l-Ewkaristija. Peress li spiss kien jiġri li l-għonja kienu jieklu għalihom u jittraskuraw lill-foqra, San Pawl jgħidilhom li, biex isseħħ l-għaqda mal-ġisem ta’ Kristu permezz tat-tqarbin, kellha sseħħ ukoll l-għaqda fost l-aħwa, billi jaqsmu l-ikel flimkien. Bi kliem iebes San Pawl jgħid lil-Insara: “Jew tridu twaqqgħu fil-għajb il-Knisja ta’ Alla u ġġiegħlu jistħu lil dawk li ma għandhomx?” F’kelma waħda, l-Ewkaristija kienet titlef mit-tifsira u mill-effikaċja tagħha meta l-foqra kienu jiġu mwarrba u ddisprezzati (ara 1 Kor 11:17-34). Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 15 ta’ Lulju 2018

bullettin-2018-lulju-15.jpg

“Kont barrani u lqajtuni” - L-Isqof Grech

mediterranean-boat.jpg

Aqra wkoll: https://www.agensir.it/quotidiano/2018/7/9/malta-mons-grech-gozo-dio-e-li-immerso-nel-mare-insieme-ai-migranti-monito-contro-il-populismo/

https://www.vaticannews.va/it/vaticano/news/2018-07/migranti-intervento-mons-auza-intervista-vescovo-gozo.html

Omelija fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors
Santwarju parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir u l-Madonna tas-Sokkors, Ta’ Kerċem
Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Hija tassew ħasra li għal ħafna minna l-ġrajja tal-kruċifissjoni ta’ Ġesù tilfet is-seħer tagħha! Irridu l-Kurċifiss bħala parti mill-għamara tagħna, imma mbagħad tgħidilniex nidħlu fil-qalba tal-esperjenza li għadda minnha Kristu msallab. Wieħed jista’ jagħżel jekk jiksibx kurċifiss tal-ġibs, tal-ivorju jew tal-fidda; imma wieħed ma jistax jagħżel li jagħti tifsira egoista ta’ din il-ġrajja (bħal meta nersqu quddiem Ġesù msallab nitolbuh xi grazzja), inqas u inqas li jbattalha minn kull tifsira. Continue reading >>

New Tenders uploaded

Go to: http://gozodiocese.org/tenders/