L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018, Papa Franġisku ħatar lis-saċerdot ta’ nisel Malti, Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, bħala Isqof ta’ Darwin, fl-Awstralja.
Aqra l-komunikat tal-Isqfijiet Maltin fl-okkażjoni ta’ din il-ħatra: 66-isqof-elett-awstralja.pdf
Aqra l-Istqarrija tal-Isqfijiet Maltin: 65-stqarrija-tal-isqfijiet.pdf
Ritratt: newsbook.com.mt
Omelija fit-tmiem tas-Sena ta’ Formazzjoni u b’suffraġju ta’ Patri Arthur J. Vella SJ
Kappella tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
It-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
IL-BNIEDEM TA’ ALLA JURINA T-TRIQ
Elija kien jgħix f’kuntest soċjali korrott! Fi żmienu s-soċjetà kienet tħassret minn rasha tant li s-sultan Aħab u Ġeżabel organizzaw il-qtil ta’ Nabot biex setgħu jistagħnew. Min jaf kemm Elija ħassu konfuż meta Alla bagħtu jgħid lis-sultan: “Int bgħett ruħek biex tagħmel il-ħażin” (1 Slat 21:17-29)!
Għall-bniedem ta’ Alla din hija t-tensjoni ta’ kull epoka. Fil-fatt, is-soċjetà tagħna mhix ħafna aħjar minn dik ta’ żmien Elija. Illum tant messejna l-qiegħ li wasalna biex inqiegħdu f’riskju l-ħajja umana biex nagħmlu l-flus. Il-mistoqsija li tqum hija x’inhu mistenni minna li nagħmlu f’dan il-kuntest! Continue reading >>
Omelija f’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għal anniversarji presbiterali u reliġjużi
Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
L-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
IL-JIEN BIL-LĠIEM
Ftit ilu erba’ aħwa resqu biex jikkonkludu kuntratt ta’ bejgħ, imma għal ftit ma fettluhiex, għax bejniethom ma setgħux jaqblu fuq min minnhom kien imissu jieħu 50ċ! Dan meta bejniethom kienu ser idaħħlu kemxa flus ġmielha. Biex ma jisfrattax il-kuntratt, xi ħadd li kien preżenti offra li jagħtihom 50ċ minn butu. Continue reading >>
Omelija fil-Festa tas-Sejħa tal-Verġni Mbierka Ta’ Pinu
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
ALLA LI JĊEDI GĦALL-BNIEDEM
Meta xi ħadd iċedi quddiem xi ħadd ikbar minnu, ħafna drabi nittimbrawh bħala dgħajjef, beżżiegħi, tellief jew ġifa. Fil-fatt, ħafna jippreferu jkunu determinati, deċiżi, riżoluti.
Meta naqra r-rakkont tat-tieġ ta’ Kana jolqotni l-fatt li Ġesù jċedi għat-talba insistenti ta’ Ommu. Meta Marija titolbu jagħmel xi ħaġa għax kien spiċċa l-inbid, Ġesù jweġibha li kienet għadha ma waslitx is-siegħa li jagħmel il-mirakli. Imma minkejja li kellimha hekk, quddiem il-karba ta’ Ommu, Ġesù jċedi u jibdel l-ilma fl-inbid. Huwa jasal biex iċedi proprju għax huwa qawwi. F’Kana, Ġesù mhux biss iċedi minħabba Ommu, imma wkoll minħabba l-pressjoni li kienet inħolqot f’dak l-ambjent peress li kienet ser titħassar il-festa għax l-inbid spiċċa. Quddiem din il-miżerja, Ġesù jintrebaħ. Il-miżerja umana żżarma l-qalb ta’ Kristu. Continue reading >>