- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Posted By admin On May 29, 2018 @ 9:24 am In Press Releases | Comments Disabled

joseph-hili.jpgORDINAZZJONI PRESBITERALI

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, se tinżamm l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra). Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM.

* * *

Dun Joseph Hili twieled ix-Xagħra, fil-25 ta’ Marzu 1992. Irċieva l-edukazzjoni primarja fl-Iskola Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Ta’ Kerċem, u dik sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.

Wara s-sentejn fl-Istitut Postsekondarju Sir M.A. Refalo, il-Belt Victoria, f’Ġunju 2010 Joseph talab biex jidħol is-Seminarju. Hu għamel is-sena propedewtika tiegħu fil-Parroċċa tan-Nadur.
Beda l-kors fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù f’Settembru 2011. Is-sena intermedjarja għamilha fil-Parroċċa tal-qaddisin martri Vicente, Sabina u Cristeta, fil-belt ta’ Ávila, Spanja. Lura mis-sena intermedjarja, f’Settembru 2015 kompla l-kors tiegħu fis-Seminarju.

Irċieva l-ministeru ta’ Lettur fil-21 ta’ Frar 2016, fil-Knisja arċipretali tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, u fis-26 ta’ Novembru 2016 ġie istitwit bħala Akkoltu, fir-Rotunda arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, dejjem minn idejn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Fid-19 ta’ Marzu 2017 ġie ammess bħala kandidat għall-Ordni Sagri.

Tul il-formazzjoni tiegħu, Joseph għamel esperjenzi pastorali fil-Parroċċi tal-Fontana, Ta’ Kerċem, San Ġorġ u preżentament fix-Xewkija.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2018/05/29/4162/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.