Titħabbar il-mewt tal-Kanonku Ġużepp Hili

dun-guzepp-hili.jpgIlbieraħ, il-Ħadd 20 ta’ Mejju, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, tħabbret il-mewt tal-Kanonku Ġużepp Hili, min-Nadur.

Dun Ġużepp twieled fit-2 ta’ Frar 1937 u ġie ordnat saċerdot fl-10 ta’ Awwissu 1962. Wara l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, Dun Ġużepp mar jistudja għal sena fis-Seminarju ta’ Guadalupe, fid-djoċesi ta’ Santa Fe, l-Arġentina. Hu baqa’ jaħdem l-Arġentina sal-1972.

Id-dettalji tal-funeral jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

 DETTALJI TAL-FUNERAL (Update 23/5/18)

Il-funeral tal-Kan. Dun  Ġużepp Hili se jsir nhar it-Tnejn 28 ta’ Mejju 2018:

3.45pm - It-tebut jitlaq mill-Isptar Ġenerali għall-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù, in-Nadur, fejn il-ġisem mejjet jitqiegħed għall-qima privata
5.00pm - Tingħad it-Talba tal-Għasar
5.15pm - Jitlaq korteo funebri għall-Knisja Parrokkjali u Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
5.30pm - Quddiesa tal-Funeral, immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech
RIP