Archive for May, 2018

Ordinazzjoni ta’ Saċerdot u Velja ta’ Talb

poster-ordinazzjoni-2018.jpg

joseph-hili.jpgORDINAZZJONI PRESBITERALI

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, se tinżamm l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra). Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Ġunju 2018

newsheet-gunju-2018-1-1.jpg

Aqra n-Newsheet minn hawn:  newsheet-gunju-2018-1.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 27 ta’ Mejju 2018

bullettin-2018-mejju-27.jpg

Simpożju Internazzjonali Marjoloġiku-Marjan

simpozju-marjan-2018-poster-1.jpgSimpożju Internazzjonali Marjoloġiku Marjan
Omm tal-Knisja u fi ħdan il-Knisja

1-2 ta’ Ġunju 2018
Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu

Niżżel minn hawn id-dettalji biex tapplika:

simpozju-marjan-2018-leaflet-page-1-1.jpg

simpozju-marjan-2018-leaflet-page-2-1.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 20 ta’ Mejju 2018

bullettin-2018-mejju-20.jpg

Titħabbar il-mewt tal-Kanonku Ġużepp Hili

dun-guzepp-hili.jpgIlbieraħ, il-Ħadd 20 ta’ Mejju, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, tħabbret il-mewt tal-Kanonku Ġużepp Hili, min-Nadur.

Dun Ġużepp twieled fit-2 ta’ Frar 1937 u ġie ordnat saċerdot fl-10 ta’ Awwissu 1962. Wara l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, Dun Ġużepp mar jistudja għal sena fis-Seminarju ta’ Guadalupe, fid-djoċesi ta’ Santa Fe, l-Arġentina. Hu baqa’ jaħdem l-Arġentina sal-1972.

Id-dettalji tal-funeral jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

 DETTALJI TAL-FUNERAL (Update 23/5/18)

Il-funeral tal-Kan. Dun  Ġużepp Hili se jsir nhar it-Tnejn 28 ta’ Mejju 2018:

3.45pm - It-tebut jitlaq mill-Isptar Ġenerali għall-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù, in-Nadur, fejn il-ġisem mejjet jitqiegħed għall-qima privata
5.00pm - Tingħad it-Talba tal-Għasar
5.15pm - Jitlaq korteo funebri għall-Knisja Parrokkjali u Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
5.30pm - Quddiesa tal-Funeral, immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech
RIP

Titħabbar il-mewt ta’ Fr Arthur Vella SJ

fr-arthur-vella-sj.jpg

Kmieni lbieraħ filgħodu, il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2018, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, tħabbret il-mewt ta’ Patri Arthur Vella SJ, fl-għomor ta’ 88 sena.

Fost il-ħafna ħidmiet tiegħu b’risq il-Knisja u s-soċjetà Maltija, għalina l-Għawdxin, Fr. Arthur, kif kien magħruf, mexxa s-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex fis-snin 1985-1989.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ħamis li ġej fil-Knisja tal-Mosta, fit-3.30pm.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

https://www.tvm.com.mt/en/news/death-of-jesuit-fr-arthur-vella/

http://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/5/20/%22eluf-midjuna-hafna-mieghu%22—fr-j-borg-dwar-turu-sj.75363/