(Re)thinking Europe

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZJZONI - ARĊIDJOĊESI TA’ MALTA

curia_1.jpg

Filmat bil-kummenti tad-delegazzjoni Maltija fil-Vatikan, li qed tattendi ghall-kungress internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’. Il-kummenti huma tal-Arcisqof Charles J. Scicluna, li huwa wiehed mill-kelliema f’dan il-kungress u li qed imexxi d-delegazzjoni Maltija, tal-Isqof Mario Grech, u ta’ Dr Aaron Farrugia, Segretarju Parlamentari ghall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Socjali, Dr Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropej, u Dr Vanni Xuereb, Kap tal‑MEUSAC.

 

curia_2.jpg

Il-kummenti tad-delegazzjoni Maltija dwar ‘(Re)Thinking Europe’: http://knisja.org/ReThinkingEurope (Credit: Ufficcju Komunikazzjoni, Kurja)

Footage tal-kungress: http://knisja.org/ReThinkingEurope-footage

Fid-diskors tieghu lit-350 partecipant mit‑28 pajjiz tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rapprezentanti gholja tal‑Knisja u mexxejja politici Ewropej, l-Arcisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar l-importanza tal-bini ta’ pontijiet u s-solidarjetà bejn il-popli Ewropej, biex flimkien jaslu “ghall-konvinzjoni li l-gid ta’ pajjiz u ta’ poplu huwa wkoll il-gid ta’ pajjiz u poplu iehor.”

L-Arcisqof sahaq li quddiem l-isfidi li ghaddejja minnhom bhalissa l-Ewropa, ic-cittadin Nisrani ghandu post centrali ghaliex l-aspirazzjonijiet fundamentali tal-Ewropa huma wkoll aspirazzjonijiet Insara. Dan ghaliex huma bbazati fuq id-dinjità ta’ kull bniedem, ir-rispett lejn il-valur tal-hajja mill-bidu nett tal-koncepiment sat-tmiem naturali, u l-harsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem fejn is-saltna tad-dritt mhix biss kelma imma wkoll realtà ta’ kuljum.

Il-kungress beda lbierah u jintemm illejla b’messagg mill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u l-President tal-COMECE, il-Kardinal Reinhard Marx, u b’udjenza mal-Papa Frangisku li ser tixxandar ‘live’ fuq l-istazzjon Centro Televisivo Vaticano (CTV), fil-5:30 p.m.

YouTube link ghax-xandira tal-Papa Frangisku, illum fil-5:30pm: https://www.youtube.com/watch?v=jODydFd8JpI

 Aktar dettalji dwar il-kungress internazzjonali (Re)Thinking Europe fl-istqarrija mehmuza (MT/EN). 87-rethinking-europe-mt.PDF