Ħatriet ġodda fid-Djoċesi

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/09/2017]

20 ta’ Settembru 2017

NOMINI ĠODDA

B’effett mil-lum, saru dawn il-ħatriet ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex:

Dun Anthony Bajada, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Direttur tas-Sena Propedewtika fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù u Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja u fl-Iskola Medja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-Belt Victoria.

Dun Joseph Bajada, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof, il-Belt Victoria.

Dun Mark Bonello, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.

Dun Samuel Grech, mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem, ġie maħtur Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-Kan. Anton Refalo Rapa, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fil-Kampus ta’ Għawdex tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST).