Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Mellieħa

pellegrinagg-mellieha-2016.jpgNhar is-Sibt 23 ta’ Settembru, is-Santwarju Ta’ Pinu qed jorganizza Pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Mellieħa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Mellieħa. Nitilqu mal-vapur tal-5.15pm. Fis-Santwarju tal-Mellieħa tiġi ċċelebrata l-quddiesa fis-6.30pm. Niġu lura mal-vapur tas-8.15pm. Il-biljetti għat-trasport f’Malta jinkisbu mill-parroċċi jew direttament mis-Santwarju Ta’ Pinu.