Archive for June, 2017

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Lulju 2017

Niżżel in-Newsheet minn hawn: newsheet-lulju-2017-2.pdf

Vidjomessaġġ tal-Q.T. il-Papa Franġisku lill-pellegrini Għawdxin u Maltin f’Ta’ Pinu

 

papa1.jpg

INAWGURAZZJONI TAL-MUŻAJK TAR-RUŻARJU MQADDES
FUQ IZ-ZUNTIER TAS-SANTWARJU TAL-MADONNA TA’ PINU,
GĦAWDEX, MALTA
Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2017

Għeżież pellegrini, ilqajt bil-ferħ l-istedina li nsellem lilkom kollha miġburin hawn illum quddiem is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fejn, fi tħaddina kbira ta’ dawn il-mużajċi, qed jistennewkom Ġesù u l-Omm tiegħu.

Ix-xbihat taz-Zuntier li llum qed tinawguraw iqegħdulna quddiem għajnejna l-ġmiel ta’ talba kontemplattiva, sempliċi, aċċessibbli għal kulħadd, kbar u żgħar: it-talba tar-Rużarju Mqaddes.

Jien ukoll spiss nitlob ir-Rużarju quddiem xbieha tal-mużajk: kwadru ċkejken tal-mużajk tal-Madonna bil-Bambin, fejn donnu fiċ-ċentru jidher li hemm Marija, meta fil-verità, b’dirgħajha, hi ssir bħal sellum li minnu Ġesù jista’ jinżel fostna. Iċ-ċentru jibqa’ dejjem Ġesù, li jitbaxxa biex jista’ jimxi magħna l-bnedmin, sabiex aħna nistgħu nitilgħu l-Ġenna miegħu.

Fit-talba tar-Rużarju aħna nduru lejn il-Verġni Marija, biex tqarribna dejjem aktar lejn Binha Ġesù, biex dejjem nagħrfuh u nħobbuh iżjed. U waqt li ntennu s-Sliema, aħna nimmeditaw il-misteri, it-tappi ta’ ferħ, dawl, tbatija u glorja fil-ħajja ta’ Kristu, imma anki fil-ħajja tagħna, għax aħna qed nimxu mal-Mulej.

Fil-fatt, din it-talba sempliċi tgħinna nikkontemplaw dak kollu li Alla fi mħabbtu għamel għalina u għas-salvazzjoni tagħna; u tgħinna nifhmu li ħajjitna hi magħquda ma’ dik ta’ Kristu.

Fit-talb, aħna noffru kollox lil Alla: it-tbatijiet, il-ġrieħi, il-biżgħat, imma anki l-ferħ, id-doni, il-persuni għeżież għalina… kollox lil Alla. Fit-talb, aħna nħallu lil Alla jidħol fiż-żmien tagħna, jilqa’ u jibdel dak kollu li aħna qed ngħixu.

Inqdew spiss b’din l-għodda qawwija, li hi t-talba tar-Rużarju Mqaddes, biex iġġib il-paċi fil-qlub, fil-familji, fil-Knisja, fid-dinja.

U nitlobkom, tinsewx titolbu għalija. Il-Mulej iberikkom, u l-Omm Verġni tħariskom.

Aqra l-Messaġġ minn hawn: 2017-06-12-vidjomessagg-edited.pdf

Ara l-Youtube video:https://www.youtube.com/watch?v=s2smQ3Gx_uA&feature=youtu.be

Djaknu ġdid għall-Knisja Għawdxija

ordinazzjoni-djaknu-joseph-hili.jpgNhar il-Ħamis li għadda, 15 ta’ Ġunju 2017, il-Knisja f’Għawdex daqqet mota ta’ ferħ fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Djakonali ta’ Joseph Hili.

Inħeġġu l-komunità Nisranija tkompli titlob għall-vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u għall-ħajja kkonsagrata.

Tberik tal-Mużajċi tar-Rużarju Ta’ Pinu

coat-of-arms-bishop-mario-grech.jpg54/2017

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

TBERIK TAL-MUŻAJĊI TAR-RUŻARJU

 

muzajci-ruzarju-ta-pinu.jpg

Fl-antik mhux in-nies kollha kienu jafu jaqraw u jiktbu. Biex jgħinu lil dawn il-persuni jkunu jafu l-Kelma ta’ Alla, inħolqot dik li tissejjaħ “il-Bibbja tal-foqra”. Din kienet Bibbja bl-istampi li jirrappreżentaw xeni mill-ħajja ta’ Ġesù.

Anki l-pittura fil-knejjes tagħna ma saritx biex iżżejjen imma biex tgħin lill-poplu ta’ Alla jkun jaf iktar dwar il-ħajja tal-qaddisin. Kienet isservi ta’ katekeżi viżiva ferm qabel ma ġew ivvintati l-mezzi moderni tal-komunikazzjoni.

Dan l-aħħar, fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu tpoġġew mużajċi li jirrappreżentaw l-għoxrin misteru tar-Rużarju, xogħol taċ-Centro Aletti ta’ Ruma. Din mhix biss opra artistika l-ġmiel tagħha, għax min ħoloqha huwa mhux biss artist iżda teologu fl-istess ħin. Fil-fatt, dawn il-mużajċi għandhom kontenut profond dwar il-misteru ta’ Ġesù u ta’ Marija ta’ Nazaret. Continue reading >>

Il-Presbiteri l-ġodda mogħtija l-fakultà tal-qrar

 

dun-carl-scerri.jpg

Waqt ċelebrazzjoni li nżammet ilbieraħ fil-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, Mons. Isqof Mario Grech ta l-fakultà tal-Qrar liż-żewġ saċerdoti ġodda, Dun Michael Grima u Dun Carl Scerri. Dan ifisser li minn issa, dawn iż-żeġ saċerdoti jistgħu jamministraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.

dun-michael-grima.jpg

Ordinazzjoni Djakonali tas-Seminarista Joseph Hili

ordinazzjoni-djakonali-2017.jpg

ordinazzjoni-djakonali-2017-2.jpg

Tberik u inawgurazzjoni tal-Mużajċi tar-Rużarju f’Ta’ Pinu

ta-pinu-festa-2017.jpg

Is-Seminarju ta’ Għawdex f’esperjenza missjunarja fil-Gwatemala

gwatemala-2017.jpg

Mill-21 ta’ Ġunju sat-12 ta’ Lulju 2017

Nakkumpanjawhom bit-talb tagħna.