Archive for April, 2017

Titħabbar il-mewt ta’ Mons. Giovanni B. Gauci, Arċidjaknu tal-Katidral

mons-giovanni-b-gauci.jpgIlbieraħ, tard filgħaxija, is-Sibt 29 ta’ April 2017, tħabbret il-mewt ta’ Mons. Giovanni B. Gauci, Arċidjaknu tal-Kapitlu tal-Katidral u Rettur tal-Knisja ta’ Savina.

Mons. Giovanni B. Gauci twieled ir-Rabat, Għawdex fil-21 ta’ Frar 1938. Hu ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Ġużeppi Pace fil-Katidral tal-Assunta, nhar it-18 ta’ Marzu 1961.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta li ġej, 2 ta’ Mejju 2017, fil-Katidral tal-Assunta:

- 3.00pm: Il-fdalijiet tal-W.R. Arċidjaknu Mons. Giovanni Bosco Gauci jkunu esposti għall-qima u t-talb fil-Knisja ta’ Savina, ir-Rabat;

- 5.00pm: Talb fil-Knisja ta’ Savina mill-Kapitlu tal-Katidral u dritt wara korteo funebri bil-fdalijiet tal-W.R. Arċidjaknu Mons. Giovanni Bosco Gauci lejn il-Katidral;

- 5.30pm: Quddiesa tal-funeral.

Filwaqt li nitolbu għalih biex issa jara s-sebħ ta’ Kristu rxuxtat u glorjuż, nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu, fosthom lil ħuh Mons. Ġużeppi Gauci, u lin-neputijiet Dun Victor Vella, Dun Joe Vella Gauci u Dun John Meilak.

RIP

Ritratt: Ħajr lill-familjari ta’ Mons. Gauci.

Tagħrif bijografiku Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Mejju 2017

Aqra minn hawn: newsheet-mejju-2017-2.pdf

L-E.T. Mons. Alessandro D’Errico Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta

semonsalessandroderrico.JPG

Illum, il-Ħamis 27 ta’ April 2017, il-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku ħatar lill-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, Arċisqof Titulari ta’ Carini u fil-preżent Nunzju Appostoliku fil-Kroazja, bħala Nunzju Appostoliku għal Malta.

Aqra minn hawn: 

pressreleasehemonsalessandroderrico0001.pdf

31-bishops-statement-en.pdf

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - April 2017

Niżżel in-Newsheet minn hawn:

newsheet-april-2017.pdf