Archive for January, 2017

Stqarrija tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex

amoris-laetetia-banner.png

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/02/2017]
20 ta’ Jannar 2017

STQARRIJA

Nikkomunikaw li dak li qed jingħad f’ċerti sezzjonijiet tal-midja (internazzjonali) b’riferiment għall-Isqof Mario Grech, jiġifieri li hu “hedded lis-saċerdoti li jiġu sospiżi (a divinis) jekk jirrifjutaw li jqarbnu lil min hu divorzjat u miżżewweġ mill-ġdid” (“Maltese bishop threatens priests will be suspended a divinis for refusing communion to divorced/remarried”), assolutament mhux minnu.

***

What is being stated by certain sections of the (international) media with reference to Bishop Mario Grech, namely that he “threatens priests will be suspended a divinis for refusing communion to divorced/remarried”, is absolutely false.

***

Comunichiamo che ciò che viene detto in alcune sezioni dei media (quella internazionale) in riferimento al Vescovo Mario Grech, Vescovo di Gozo (Malta) che egli “minaccia di sospensione a divinis (o comunque interdetto di celebrare pubblicamente) i preti maltesi che non daranno la comunione ai divorziati risposati”, è assolutamente falso.

Ittra tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

247474-740xnone.jpg

ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA

Il-ferħ tal-imħabba
Bħall-“kewkba” li mexxiet lill-Maġi biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, hekk hija l-Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ tal-Imħabba għall-familji tagħna fil-mixja tagħhom lejn u wara Ġesù.

Dan jgħodd ukoll għall-koppji u l-familji li jinvolvu persuni separati jew divorzjati u li llum qegħdin f’rabta ġdida. Uħud minn dawn il-persuni, għalkemm tilfu l-ewwel żwieġ, ma tilfux it-tama tagħhom f’Ġesù. Fosthom insibu min jixtieq ħafna jkun f’paċi ma’ Alla u mal-Knisja, tant li qed jistaqsina x’għandu jagħmel biex ikun jista’ jqerr u jitqarben. Continue reading >>

Kriterji għall-Applikazzjoni tal-Kapitlu 8 tal-Amoris Laetitia

 

magdalene-final.jpg

Fid-dawl tal-Kapitlu 8 tal-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia, l-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ippubblikaw sett ta’ kriterji, bil-għan li jgħinu lis-saċerdoti fid-dixxerniment biex jakkumpanjaw persuni u koppji li jinsabu f’relazzjoni ‘l barra miż-żwieġ sagrament u jixtiequ jersqu lejn għaqda aktar sħiħa mal-komunità ekkleżjali.

Aqra l-Istqarrija: 05-stqarrija-kriterji-kapitlu-viii-amoris-laetitia.pdf

Aqra l-Kriterji u l-Kap 8 tal-Eżortazzjoni minn hawn: amoris-laetitia-kriterji-ta-applikazzjoni-u-kapitlu-8.pdf

English version:  norms-for-the-application-of-chapter-viii-of-al.pdf

Tama għal min iħossu fid-dlam

Omelija fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria
Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2017
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

HEMM KEWKBA TIDDI GĦAL KULĦADD

dsc_0561.jpg

Il-lejl huwa ikrah. Huwa naturali li aħna neqirdu meta nkunu fid-dlam. Imma allaħares ma jkunx il-lejl biex aħna nkunu nistgħu ngawdu l-kwiekeb! Il-kwiekeb ma jidhrux f’nofs ta’ nhar imma fid-dalma tal-lejl. Aktar ma jkun daħal il-lejl, aktar tilma d-dija tal-kwiekeb.

L-esperjenza tal-lejl hija xi ħaġa komuni għalina lkoll. Kienet ukoll l-esperjenza tal-Maġi. Importanti li bħall-Maġi, meta nkunu għaddejjin mil-lejl mudlam tal-ħajja, niftħu għajnejna beraħ biex “naraw” il-kewkba. Fil-fatt, fi kliem San Mattew, il-Maġi kienu dawk li “raw il-kewkba tielgħa”, imxew warajha u sabu d-dawl. Kienu fid-dlam u rawha. Il-kewkba ma tidhirx lil min ikun fid-dawl imma lil min isib ruħu fid-dlam; il-kewkba ma titgawdiex minn “ulied id-dawl” imma minn “ulied id-dlam”. Continue reading >>

Dħul fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

Applikazzjonijiet għad-Dħul fil-Kinder 1 għas-sena skolastika 2017-2018

kinder-kids.png

Il-ġenituri/tuturi legali li jixtiequ jdaħħlu lit-tfal tagħhom fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għas-sena skolastika 2017-2018 huma mitluba jiġbru applikazzjoni mill-Kurja tal-Isqof bejn id-9 u l-20 ta’ Jannar 2017. Il-Kurja tkun miftuħa kuljum (minbarra l-Ħamis), bejn id-9.00am u nofsinhar. Biex japplikaw, it-tfal iridu jkunu twieldu matul is-sena 2014. L-applikazzjonijiet, mimlija sewwa u bid-dokumenti meħtieġa, iridu jaslu fl-istess uffiċċju l-Kurja sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017. Applikazzjonijiet li jidħlu tard, jitqiegħdu fl-aħħar nett tal-polza.

Il-ġenituri/tuturi legali huma mitluba jaqraw tajjeb ir-regolamenti tad-dħul.
kinder-1-applikazzjoni-2017-2018.pdf

Communications Office
Archdiocese of Malta

Media Release (02/2017) Re: Church reflections on the Maltese Presidency of the Council of the European Union.

02-maltese-presidency.PDF

reflections-eu-presidency-malta.PDF

Mons. Isqof iwassal il-messaġġ tiegħu ta’ tmiem is-sena

Omelija fil-Pontifikal tal-Aħħar tas-Sena
Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria
Is-Sibt 31 ta’ Diċembru 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

img_8538.jpg

GĦAL AKTAR SPAZJU FIL-MEMORJA

Għalkemm fl-aħħar tas-sena niċċelebraw il-liturġija ta’ Marija Omm Alla, il-Quddiesa ta’ filgħaxija b’mod popolari hija magħrufa bħala “l-Quddiesa tat-Te Deum”. Hemm tradizzjoni antika li tgħid li kien Sant’Ambroġ li kkompona dan l-innu sabiħ tat-Te Deum meta għammed lil Santu Wistin. Għal Sant’Ambroġ tant kienet grazzja kbira li Wistin talab u rċieva l-Magħmudija, illi dan l-Isqof infexx f’din l-għanja ta’ radd il-ħajr: “Mulej, lilek infaħħru”. Aħna wkoll fi tmiem din l-Ewkaristija nkantaw dan l-innu biex infaħħru u rroddu ħajr lil Alla għal tant barkiet li xeħet fuqna matul din is-sena li qed tintemm. Continue reading >>

EDITUR TAR-RIVISTA DJOĊESANA “IL-ĦAJJA F’GĦAWDEX”

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/01/2017]
3 ta’ Jannar 2017

francesco-pio-attard.jpgB’effett mil-lum, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ħatar lis-Sur Francesco Pio Attard fl-uffiċċju tat-tmien EDITUR tar-rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex. Francesco Pio huwa wkoll responsabbli mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja Djoċesana. Hu qed jissuċċiedi lis-Sur Joe Psaila, li kien l-Editur ta’ Il-Ħajja f’Għawdex għal dawn l-aħħar għaxar snin. L-Isqof radd ħajr lis-Sur Psaila li b’dedikazzjoni, imħabba u għerf għaraf juża din ir-rivista għall-ġid tad-Djoċesi u tal-gżira ta’ Għawdex. Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruġa mid-Djoċesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarġa kienet f’Ġunju 1945. Continue reading >>