Żjara ta’ Kortesija ta’ Dr. Simon Busuttil lill-Isqof Mario Grech

zjara-ta-kortesija-dr-busuttil-isqof-grech.jpeg

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, l-Onor. Dr Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, għamel żjara ta’ kortesija lil Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-uffiċċju tiegħu fil-Kurja. Fi tmiem il-laqgħa l-Isqof ippreżenta lil Dr Busuttil b’kopja tal-Messaġġ tal-Papa Franġisku għal Jum il-Paċi ta’ din is-sena, filwaqt li Dr Busuttil għadda lill-Isqof Grech kopja tad-dokument dwar l-ambjent ippubblikat dan l-aħħar mill-Partit Nazzjonalista.