- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Dħul fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

Posted By admin On January 11, 2017 @ 6:56 pm In Press Releases | Comments Disabled

Applikazzjonijiet għad-Dħul fil-Kinder 1 għas-sena skolastika 2017-2018

[1] kinder-kids.png

Il-ġenituri/tuturi legali li jixtiequ jdaħħlu lit-tfal tagħhom fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għas-sena skolastika 2017-2018 huma mitluba jiġbru applikazzjoni mill-Kurja tal-Isqof bejn id-9 u l-20 ta’ Jannar 2017. Il-Kurja tkun miftuħa kuljum (minbarra l-Ħamis), bejn id-9.00am u nofsinhar. Biex japplikaw, it-tfal iridu jkunu twieldu matul is-sena 2014. L-applikazzjonijiet, mimlija sewwa u bid-dokumenti meħtieġa, iridu jaslu fl-istess uffiċċju l-Kurja sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017. Applikazzjonijiet li jidħlu tard, jitqiegħdu fl-aħħar nett tal-polza.

Il-ġenituri/tuturi legali huma mitluba jaqraw tajjeb ir-regolamenti tad-dħul.
[2] kinder-1-applikazzjoni-2017-2018.pdf


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2017/01/11/dhul-fil-kinder-1-fl-iskejjel-tal-knisja-fghawdex/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2017/01/kinder-kids.png
[2] kinder-1-applikazzjoni-2017-2018.pdf: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2017/01/kinder-1-applikazzjoni-2017-2018.pdf

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.