Archive for January, 2017

Żjara ta’ Kortesija ta’ Dr. Simon Busuttil lill-Isqof Mario Grech

zjara-ta-kortesija-dr-busuttil-isqof-grech.jpeg

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, l-Onor. Dr Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, għamel żjara ta’ kortesija lil Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-uffiċċju tiegħu fil-Kurja. Fi tmiem il-laqgħa l-Isqof ippreżenta lil Dr Busuttil b’kopja tal-Messaġġ tal-Papa Franġisku għal Jum il-Paċi ta’ din is-sena, filwaqt li Dr Busuttil għadda lill-Isqof Grech kopja tad-dokument dwar l-ambjent ippubblikat dan l-aħħar mill-Partit Nazzjonalista.

“Kriterji għaqlin” - Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċisqof Scicluna

kriterji-ghaqlin.png

Funeral ta’ Patri Eġidju Mizzi OFM Conv

patri-egidio-mizzi-ofm-conv.jpegIlbieraħ, is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, tħabbret il-mewt ta’ Patri Eġidju Mizzi (1932-2017), Franġiskan Konventwali. Kif kiteb Mons. Isqof Mario Grech, f’messaġġ li bagħat lis-saċerdoti, dan is-saċerdot, iben il-Fqajjar ta’ Assisi, matul ħajtu ħabb il-Kelma miktuba (l-Iskrittura) u ħabrek biex ixerridha fost il-Poplu ta’ Alla. Issa qed jara lill-Verb ta’ Alla Inkarnat.” Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Frar 2017

Niżżel kopja tan-Newsheet ta’ Frar minn hawn: newsheet-frar-2017.pdf

Jiltaqgħu l-ġurnalisti Għawdxin

gurnalisti-2017-ritratt-joe-grech.jpg

Nhar it-Tlieta 24 ta’ Jannar 2017, fl-okkażjoni tal-festa tal-Isqof San Franġisk de Sales, Patrun tal-Ġurnalisti, inżammet bħal kull sena Quddiesa organizzata mill-Għaqda tal-Kittieba u Ġurnalisti Għawdxin fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Dan hu appuntament annwali għall-ġurnalisti u kittieba Għawdxin ta’ ispirazzjoni Nisranija biex jiltaqgħu ftit flimkien u jisimgħu l-kelma tar-Ragħaj spiritwali tad-Djoċesi. Continue reading >>

Messaġġ ta’ Mons. Isqof Mario Grech dwar il-Linji-gwida

Kummentarju fuq Radju RTK
Is-Sibt 21 ta’ Jannar 2017
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

mario_grech_pope_francis.pngBħal-lum ġimgħa, flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, pope_bishop_scicluna_.jpgippubblikajna l-linji-gwida  dwar l-applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Eżortazzjoni Il-ferħ tal-Imħabba. Permezz ta’ dan id-dokument qed noffru kriterji dwar kif f’isem Kristu u l-Knisja nistgħu nkissru l-vażett tal-balzmu fuq il-ġerħat ta’ dawk il-persuni li għandhom diffikultajiet kbar fil-ħajja affettiva tagħhom u għaldaqstant fir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla, bħalma huma dawk li tilfu l-ewwel żwieġ u issa jinsabu fit-tieni relazzjoni. Continue reading >>

Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf

tberik-tat-tarbija-fil-guf-2017.jpg

Konferenza Djoċesana dwar il-Familja

konferenza-djocesana-dwar-il-familja.jpg