Archive for December, 2016

Titwaqqaf Kappellanija għall-Kattoliċi ta’ Lingwa Taljana

Permezz ta’ Digriet maħruġ illum, il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016,  l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, waqqaf Kappellanija ta’ Lingwa Taljana f’Għawdex.

L-Isqof ħatar lil Mons. Renato Borg, Rettur tal-Knisja tal-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem, bħala l-ewwel Kappillan għat-Taljani f’Għawdex.

L-ewwel Quddiesa bit-Taljan ħa tinżamm f’din il-knisja nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru 2016, fil-11.00am.

knisja-lourdes.jpg

Aqra d-Digriet bit-Taljan minn hawn: 2016-12-02-digriet-cappellania-dei-fedeli-di-lingua-italiana.pdf

‘Mitis judex’ - Għal dixxerniment ħanin

2016-11-26-2.jpgDiskors li għamel nhar is-Sibt li għadda, 26 ta’ Novembru, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, lill-presbiterju ta’ Għawdex, fil-bidu tal-Avvent.

F’dan id-diskors hu jirriferi għall-isfidi li ġġib magħha l-ħidma pastorali tal-Knisja mal-persuni li qegħdin fit-tieni relazzjoni, fid-dawl tal-Eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku Amoris laetitia.

2016-11-26-mitis-judex-ghal-dixxerniment-hanin.pdf