POST GĦAL SUBJECT TEACHER TAL-PSD
FL-ERBA’ SKEJJEL PRIMARJI TAL-KNISJA F’GĦAWDEX
L-applikanti huma mistennija li jgħallmu l-PSD bħala suġġett ewlieni u Mużika jew Drama bħala suġġett sussidjarju.
L-applikazzjonijiet, akkumpanjati b’CV, għandhom ikunu ppreżentati fl-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof, Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria, mhux aktar tard minn nofsinhar tat-18 ta’ Novembru 2016.
_________________________
POST TA’ IT TECHNICIAN
L-iskejjel primarji tal-Konservatorju tal-Isqof u ta’ St. Francis fir-Rabat Għawdex jilqgħu applikazzjonijiet għal IT TECHNICIAN WITH SYSTEMS ADMINISTRATION DUTIES biex jaqdi ż-żewġ skejjel.
Applikazzjonijiet jinġabru mill-Konservatorju u jintlaqgħu l-Konservatorju stess sa nofsinhar tal-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016.