Għotjiet mid-Djoċesi ta’ Għawdex

terremoto_funerale_dercole.jpgFil-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda, inqrat Ċirkulari tal-Vigarju Ġenerali dwar għotjiet ta’ flus li d-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret dan l-aħħar b’risq:

1. il-Knisja fl-Ukranja

2. il-Vittmi ta-terremot fl-Italja.

 

ĊIRKULARI TAL-VIGARJU ĠENERALI

Il-Ħadd li għadda, festa ta’ Kristu Re, nedejna l-ġabra annwali għall-karità. Huma diversi l-persuni li jitolbu l-għajnuna fl-uffiċċju tal-Caritas  Djoċesana. L-offerti tal-ġabra għall-karità tmur għal dan il-għan. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Nieħu din l-okkażjoni biex nikkomunikalkom illi l-ġabra li saret b’risq il-vittmi tat-terremot fl-Italja kienet €32,187. €30,000 minnhom bgħatniehom lill-Isqof ta’ Ascoli Piceno u €2,187 lid-Djoċesi ta’ San Benedetto del Tronto fejn għandna seminarista qed jagħmel is-sena intermedjarja.

F’April li għadda l-Papa Franġisku talabna ngħinu lill-poplu tal-Ukrajna. Dakinhar il-ġabra kienet ta’ €11,161. Din l-għotja ntbagħtet direttament lill-Papa.

Il-Mulej ibierek il-ġenerożità tagħkom.

Mons. Tarcisio Camilleri
Vigarju Ġenerali

Aqra ittra ta’ ringrazzjament tal-Isqof ta’ Ascoli Piceno: 2016-10-28-diocesi-di-ascoli-piceno-donazione-terremoto-2016.pdf