Dalgħodu, waqt pontifikal solenni ta’ radd il-ħajr fil-Katidral ta’ Għawdex, Mons. Isqof Mario Grech fakkar il-150 sena mit-twaqqif tas-Seminarju tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Għadd kbir ta’ saċerdoti flimkien mal-istudenti u l-għalliema tas-Seminarju Minuri, ħadu sehem.
Għal din l-okkażjoni, il-MaltaPost ħarġet kartolina u timbru kommemorattivi.