Aqra l-Bullettin minn hawn:
Archive for November, 2016
Fil-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda, inqrat Ċirkulari tal-Vigarju Ġenerali dwar għotjiet ta’ flus li d-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret dan l-aħħar b’risq:
1. il-Knisja fl-Ukranja
2. il-Vittmi ta-terremot fl-Italja.
ĊIRKULARI TAL-VIGARJU ĠENERALI
Il-Ħadd li għadda, festa ta’ Kristu Re, nedejna l-ġabra annwali għall-karità. Huma diversi l-persuni li jitolbu l-għajnuna fl-uffiċċju tal-Caritas Djoċesana. L-offerti tal-ġabra għall-karità tmur għal dan il-għan. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nieħu din l-okkażjoni biex nikkomunikalkom illi l-ġabra li saret b’risq il-vittmi tat-terremot fl-Italja kienet €32,187. €30,000 minnhom bgħatniehom lill-Isqof ta’ Ascoli Piceno u €2,187 lid-Djoċesi ta’ San Benedetto del Tronto fejn għandna seminarista qed jagħmel is-sena intermedjarja.
F’April li għadda l-Papa Franġisku talabna ngħinu lill-poplu tal-Ukrajna. Dakinhar il-ġabra kienet ta’ €11,161. Din l-għotja ntbagħtet direttament lill-Papa.
Il-Mulej ibierek il-ġenerożità tagħkom.
Mons. Tarcisio Camilleri
Vigarju Ġenerali
Aqra ittra ta’ ringrazzjament tal-Isqof ta’ Ascoli Piceno: 2016-10-28-diocesi-di-ascoli-piceno-donazione-terremoto-2016.pdf
Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016
Knisja Katidrali, Victoria
Ritratti: Parroċċa Katidral, KDŻ Għawdex
Aqra n-Newsheet minn hawn: newsheet-dicembru-2016-2.pdf
Il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2016
Knisja Matriċi u Arċipretali ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat
Ritratti: Parroċċa Ta’ Sannat u Charles Spiteri
Omelija fiċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu
Rotunda Parrokkjali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija
Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
IL-WIĊĊ UMAN TAL-KURĊIFISS
Ġesù fuq is-salib huwa konferma ta’ x’kapaċi tagħmel soċjetà li ma tafx x’inhi l-ħniena. Fil-fatt il-bniedem sajjem mill-ħniena ma għandux rispett lejn il-ħajja umana u kapaċi jeqridha, anki meta tkun għadha kemm tnisslet. Min ma jafx iħenn jagħlaq widnejh għall-karba tal-fqir u jagħlaq għajnejh biex ma jarax il-ġrieħi tal-proxxmu – għandi f’moħħi wkoll il-faqar u l-feriti affettivi u spiritwali. Fejn il-ħniena hija skarsa, faċli li l-bniedem jasal biex jeskludi u jemarġina lill-oħrajn. Continue reading >>
Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2016
Knisja Arċipretali tax-Xewkija
Ritratti: John Cordina
Illum jaħbar is-sitt anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emeritu Nikol Ġ. Cauchi, li seħħet nhar il-15 ta’ Novembru 2010.
Filwaqt li nibqgħu ngħożżu t-tifkira tiegħu u nixtarru l-kitbiet u t-tagħlim li ħallielna, nitolbu għalih biex jistrieħ fis-sliem.