Nixtiequ ninfurmaw li l-funeral tal-Kanonku Dun Ġiljan Refalo Rapa se jsir fil-Bażilika tal-Bambina, ix-Xagħra, nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru 2016. Il-programm tal-funeral se jsir b’dan il-mod:
4.30pm: Kant tas-Salmi fl-Oratorju tal-Passjoni
4.45pm: Korteo mill-Oratorju tal-Passjoni għall-Bażilika
5.00pm: Quddiesa tal-funeral immexxija mill-E.T. Mons. Isqof George Bugeja, OFM.
Il-Kanonku Ġiljan Refalo Rapa miet il-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2016, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn kien ġie rikoverat fl-aħħar jiem, fl-għomor ta’ 92 sena. Dun Ġiljan twieled fid-29 ta’ Lulju 1924. Din is-sena kien qiegħed jiċċelebral-25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
Dun Ġiljan kien miżżewweġ, missier u nannu. Wara li safa armel, fuq stedina ta’ Mons. Isqof Nikol Cauchi kien studja għal saċerdot f’Ruma. Hu ġie ordnat saċerdot mill-istess Isqof Cauchi fit-22 ta’ Ġunju 1991. Minbarra l-ħidma tiegħu bħala għalliem, edukatur u letterarju, Dun Ġiljan jibqa’ mfakkar għall-ħidma saċerdotali eżemplari tiegħu favur il-morda u l-anzjani tax-Xagħra, li baqa’ jżurhom sakemm ippermettietlu saħħtu.
Nitolbu lil Sid il-Ħsad biex jilqa’ lil Dun Ġiljan fil-ferħ tal-Ġenna u jkattar l-għadd tal-imsejħin għas-saċerdozju.
RIP
Ara wkoll:
https://www.facebook.com/xaghraparish
http://www.one.com.mt/news/qassis-mizzewwg-u-nannu-jmut-fix-xaghra/
http://netnews.com.mt/news/il-mewt-ta-dun-giljan-refalo-tahsad-lir-residenti-tax-xaghra/