Messaġġ fil-Ġublew tal-Abbatini
Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid, 17 ta’ April 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
Ftit ilu kont nara l-morda l-isptar u ġew dawk responsabbli mis-sigurtà biex jgħidulna li kien sar il-ħin biex il-qraba tal-morda joħorġu. Ftit wara ltqajt ma’ wieħed tas-security li qalli: “Inti tista’ toqgħod, għax int bħat-tobba: int tabib tar-ruħ!”. Nistqarr magħkom li l-kliem ta’ dan ir-raġel ħassejtu bħal balzmu! Kliemu kien “aħbar tajba” li fakkritni x’inhi l-missjoni tiegħi bħala saċerdot. Continue reading >>
Aqra l-Bullettin minn hawn:
Aqra l-Bullettin minn hawn:
Aqra n-Newsheet minn hawn: newsheet-april-2016.pdf
Published on April 13, 2016
in Homilies.
Diskors fit-53 Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla
Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
It-Tielet Ħadd tal-Għid, 10 ta’ April 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
INĦARSU LEJN IL-FAMILJA BL-GĦAJNEJN TA’ KRISTU
Filwaqt li minn qaddisna aħna nwarrbu dak kollu li huwa difettuż, Alla, li jaf x’inhi r-realtà tal-ħajja ta’ kuljum, għandu loġika differenti: għajnejh joqogħdu fuq dak li huwa mqatta’, imkisser, imtektek, imxellef – fi kliem ieħor, Alla jfittex dak li huwa nieqes mill-perfezzjoni. Din hija l-attitudni ġdida li qed jipproponi l-Papa Franġisku fil-pastorali tal-familja. Continue reading >>