Ta’ Pinu Publications, f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, għadhom kemm ippubblikaw Gwida għall-Pellegrin matul il-Ġublew tal-Ħniena li fetaħ f’Diċembru.
Il-ktejjeb ta’ 88 paġna jiġbor fih dak kollu li n-Nisrani, mistieden biex matul is-Sena Mqaddsa jimxi f’pellegrinaġġ lejn xi knisja ġubilari, għandu jkun jaf u jagħmel fil-Ġublew tal-Ħniena. Fil-fatt, din il-pubblikazzjoni illustrata tiftaħ b’ġabra ta’ tagħrif siewi fuq it-tifsira u l-aspetti tal-Ġublew, bħalma huma t-talba u l-innu uffiċjali bin-noti mużikali b’kollox.
Wieħed isib ukoll spjega tal-indulġenzi u l-pellegrinaġġ, bi proposta għall-mixja lejn is-Santwarju tal-Ħniena u għajnuna biex jitwettqu l-opri tal-ħniena. Continue reading >>