Archive for January, 2016

Live-in għall-Kappillani ta’ Malta u Għawdex

Omelija fil-Live-in tal-Kappillani ta’ Malta u Għawdex
Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat, Malta
It-Tlieta 12 ta’ Jannar 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

IL-KAPPILLANI: PREŻENZA LI TOFFRI TAMA LIL MIN MA GĦANDUX

Omelija tal-Isqof Mario Grech waqt Quddiesa flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-kappillani taż-żewġ djoċesijiet miġbura għal Live-in ta’ tlett ijiem fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, Malta, 12 ta’ Jannar 2016.

Meta nirrifletti dwar l-Ewwel Qari tal-Quddiesa tal-lum (1 Sam 1:9-20), niftakar kemm hawn persuni jisimhom “Anna” – kemm għandna “Anniet” madwarna! Għax bħal Anna, omm Samwel, għandna diversi persuni li minħabba l-istorja ta’ ħajjithom “qalbhom kollha mrar”, “qalbhom muġugħa”, “jibku ħafna” u “jitkellmu mill-kotra tal-hemm u n-niket tagħhom”. Peress li jkunu għaddew minn xi esperjenza kerha, ikunu jixtiequ “iwelldu” ħajja ġdida, imma ħafna drabi ma jirnexxilhomx għax dak li jkunu ġarrbu jkun tant serju li jagħmilha impossibbli li jibdew jiktbu paġna ġdida fl-istorja personali, familjari jew soċjali tagħhom. Bħal donnu l-“ġuf” tagħhom jinxef u jintebaq u jkunu tilfu kull tama li jinawguraw fażi ġdida. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 17 ta’ Jannar 2016

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2016-jannar-17.jpg

You Tube Channel tad-Djoċesi ta’ Għawdex

youtube-gozo-diocese.jpg

https://www.youtube.com/channel/UC5iihXFyYWMqiOkbUQIZF7Q

Konferenza Djoċesana għall-Familja

KONFERENZA organizzata mill-Kummissjoni Familja (Djoċesi ta’ Għawdex) - DEJJEM JONQSOK?  Ir-risposta tal-ġenituri għax-xewqat tal-ulied.

konferenza-poster.jpg

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm.  Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.

Il-kelliema ewlenin għal din is-sena ser ikunu l-koppja Maria Teresa Zattoni & Gilberto Gillini, it-tnejn psikologi u psikoterapistital-familja, awturi ta’ ħafna kotba dwar ir-relazzjonijiet fil-familja.  Padre Giulio Michelini, biblista li spiss ikkollabora mal-koppja, ser ikun ukoll qed jindirizza l-Konferenza.

Il-Konferenza ser tinżamm bit-Taljan bi traduzzjoni simultanja għall-Malti.  Kulħadd huwa mistieden.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

Applikazzjonijiet għad-Dħul fil-Kinder 1 fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

Sena Skolastika 2016-2017

Tfal li twieldu fis-sena 2013

Il-ġenituri/tuturi legali li jixtiequ jdaħħlu lit-tfal tagħhom fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għas-sena skolastika 2016-2017 huma mitluba jiġbru applikazzjoni mill-Kurja tal-Isqof mit-Tnejn 11 sal-Ġimgħa 15 ta’ Jannar (minbarra l-Ħamis), bejn id-9.00am u nofsinhar. It-tfal li jistgħu japplikaw iridu jkunu twieldu matul is-sena 2013. L-applikazzjonijiet, mimlija sewwa u bid-dokumenti meħtieġa, iridu jaslu l-Kurja sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2016. Segwu l-kriterji tad-dħul.

L-Applikazzjoni għad-dħul fil-Form 1 fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja joħorġu aktar ’il quddiem.

Bullettin tal-Ħadd - 10 ta’ Jannar 2016

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2016-jannar-10.jpg

Paġna uffiċċjali ta’ Facebook għad-Djoċesi ta’ Għawdex

fb-djocesi.pngId-Djoċesi ta’ Għawdex issa għandha l-Paġna Uffiċjali ta’ Facebook.  Żur www.facebook.com/gozodiocese u agħmel Like biex iżżomm ruħek aġġornat!

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Jannar 2016

Niżżel in-Newsheet minn hawn: newsheet-jannar-2016.pdf