Archive for January, 2016

Bullettin tal-Ħadd - 31 ta’ Jannar 2016

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2016-jannar-31.jpg

10 Snin mill-Beatifikazzjoni ta’ Maria Crocifissa Curcio

beata_maria_crocifissa_curcio_c.jpgBEATA MARIA CROCIFFISSA CURCIO
Fundatriċi tas-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Il-Beata Maria Crocifissa Curcio twieldet fit-30 ta’ Jannar 1877 f’Ispica, fi Sqallija. Tgħammdet l-għada u tawha l-isem ta’ Rosa.

Rosa kienet tifla intelliġenti, u għalkemm għamlet biss l-iskola elementari, hija kompliet l-edukazzjoni tagħha b’ħafna qari. Fost il-kotba li qrat meta kien għadha tfajla, kien hemm il-ktieb tal-Ħajja ta’ Santa Tereża ta’ Avila. Dan għena ħafna fid-dixxerniment tal-vokazzjoni reliġjuża tagħha. Continue reading >>

Jitfakkar il-Qaddis Patrun tal-Ġurnalisti

Omelija fil-Quddiesa għall-Ġurnalisti Għawdxin
Knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
It-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

ĠURNALIŻMU LI JWASSAL AĦBAR TAJBA

dsc_2930a.jpgL-istedina ta’ Ġesù biex imorru fid-dinja kollha u jxandru l-bxara t-tajba ma saritx biss lill-Appostli, imma hija miftuħa għall-Insara kollha, għax kull min hu mgħammed huwa ħabbar tal-Vanġelu. Għaldaqstant dan il-mandat nistgħu napplikawh ukoll għall-ġurnalisti kollha impenjati fil-qasam tal-komunikazzjoni soċjali.

Huwa minnu li fost il-ġurnalisti hemm dawk li ħsiebhom biss biex iwasslu l-aħbar il-kerha.  Ma ngħidx li ma għandniex inkunu nafu bil-kronaka s-sewda, imma din trid tistimulana biex nagħmlu xi ħaġa ħalli negħlbu n-negattiv bit-tajjeb. Meta l-ġurnaliżmu jirrapporta aħbar negattiva, forsi wkoll b’mod sensazzjonali, u jieqaf hemm, nibża’ li flok ma jkun qed jaqdi lis-soċjetà, dan ikun qed “jinqeda” b’dgħufija tal-bniedem għal skopijiet ulterjuri. Każi bħal dawn ikollhom riħa ta’ sfruttament u manipulazzjoni. Continue reading >>

Jitfakkar l-10 anniversarju mill-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Mario Grech

Omelija fl-Għaxar Anniversarju Episkopali
Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

img_9995.JPG

FIL-ĦAJJA MA NAGĦLQU EBDA KTIEB

Kemm-il darba jiġrilna li meta nifxluha ma’ xi ħadd, “nagħlqu l-ktieb” miegħu – fis-sens li ma nkunux irridu nafu aktar bih. Hemm ulied li saħansitra għalqu l-ktieb mal-ġenituri tagħhom. Issib min għeja fiż-żwieġ tiegħu u għalaq il-ktieb! Hemm min quddiem l-isfidi kbar tal-ħajja jiddeċiedi li jagħlaq il-ktieb ta’ ħajtu u b’sens ta’ ċediment jerħi l-ankri. Fuq kollox hemm min jagħlaq il-ktieb ma’ Alla għax isib li l-ħajja Nisranija hija tqila wisq għalih! Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Frar 2016

Niżżel il-kopja ta’ Frar minn hawn: newsheet-frar-2016.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 24 ta’ Jannar 2016

Aqral-Bullettin minn hawn:

bullettin-2016-jannar-24.jpg

L-10 anniversarju mill-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Mario Grech

Bħal-lum għaxar snin ilu, Festa ta’ San Publiju, Mons. Isqof Mario Grech kien ġie kkonsagrat Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Filwaqt li nifirħulu u nitolbu għalih, nistednukom għall-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr li Mons. isqof se jmexxi għada, is-Sibt 23 ta’ Jannar, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria, fis-6.00pm.

ordinazzjoni-isqof-4.jpg

Ritratt: CVC Media

Il-Qrar bħala Ministeru ta’ Ħniena

Diskors tal-Qsim tal-Awguri tas-Sena l-Ġdida mal-Presbiterju Djoċesan
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2016
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex


MINISTRI TAL-MIŻERIKORDJA

img_5613.jpgGħalkemm ma nistgħux ma nirrikonoxxux il-qabża kbira li saret fit-titjib tal-ħajja ta’ madwarna, l-esperjenza ta’ kuljum tixhdilna li minkejja kollox, il-bniedem jibqa’ jħabbat wiċċu ma’ għadd enormi ta’ limitazzjonijiet. Minkejja kollox, insibu ruħna mrażżnin għaliex aħna bnedmin limitati. Fi kliem Heidegger, il-bniedem huwa essere per la morte. Din ir-riħa tal-mewt sikwit taħbat tagħlqilna mnifsejna, kemm meta ngħaddu minn waqtiet ta’ dgħufija personali (mard, tbatija fiżika, psikika jew spiritwali), kemm meta naraw il-konsenturi fir-relazzjonijiet interpersonali u fil-komunitajiet tagħna, bħal fil-każ taż-żwiġijiet, fil-familji, fuq l-għant tax-xogħol, fil-parroċċi, inkluż ukoll il-presbiterju djoċesan. Propju għax kont konxju minn din il-ġerħa soċjali u ekkleżjali li tnixxi d-demm, fil-ftuħ ta’ dan il-Ġublew Straordinarju minn qalbi ħarġet tnehida biex matul din is-Sena naħdmu fuqna nfusna sabiex insewwu dawn ir-relazzjonijiet. Għax meta x-xibka tar-relazzjonijiet ġenwini titqatta’, tikber it-tentazzjoni li l-bniedem jieħu permess li jagħmel dak li jiġi għal idejh biex mingħalih jagħmel tajjeb għal-limitazzjonijiet tiegħu – u allura joktru l-inġustizzja, il-korruzzjoni, is-serq, il-vjolenza, u l-bqija. Continue reading >>