- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

ĦATRA TA’ PATRI MARCELLO GHIRLANDO OFM BĦALA DELEGAT TAL-ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL-ĦAJJA KKONSAGRATA

Posted By admin On December 17, 2015 @ 8:51 pm In Press Releases | Comments Disabled

UFFIĊĊJU STAMPA KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX

Stqarrija għall-Istampa 16 ta’ Diċembru 2015  

patri-marcello-ghirlando-ofm.jpgL-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għadu kemm ħatar lil Patri Marcello Ghirlando OFM bħala d-Delegat tiegħu għall-Ħajja Kkonsagrata għat-tliet snin li ġejjin.

Patri Marcello, li hu membru tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri, għadu kemm temm iservi bħala Vigarju Ġenerali tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli, il-Libja, u issa jinsab residenti fil-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Minuri f’Għajnsielem.

B’Dottorat fit-Teoloġija Biblika mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, hu Professur tal-Iskrittura Mqaddsa fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, kif ukoll fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex.

Serva bħala Kummissarju Malti għall-Art Imqaddsa, Kunsillier Provinċjali tal-Ordni f’Malta, Gwardjan ta’ diversi komunitajiet, Delegat Provinċjali tal-Missjoni fil-Libja, kif ukoll Rappreżentant tas-Santa Sede fil-Konferenza Internazzjonali dwar id-Djalogu bejn Israel u l-Palestina (Ġunju 2011) u fil-Konferenza Libya for the Future (Ġunju 2012).

Hu wkoll Eżorċista, kif ukoll l-awtur ta’ bosta pubblikazzjonijiet u studji oħra ta’ natura Biblika.

Aqra d-Digriet tal-Isqof Grech minn hawn: [1] digriet-delegat-hajja-kkonsgrata_-marcello-ghirlando.pdf


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2015/12/17/hatra-ta%e2%80%99-patri-marcello-ghirlando-ofm-bhala-delegat-tal-isqof-ta%e2%80%99-ghawdex-ghall-hajja-kkonsagrata/

URLs in this post:
[1] digriet-delegat-hajja-kkonsgrata_-marcello-ghirlando.pdf: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/12/digriet-delegat-hajja-kkonsgrata_-marcello-ghirlan
do.pdf

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.