- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Tħawwil ta’ siġar bħala parti minn Ġnien Bibliku ġdid f’Ta’ Pinu

Posted By admin On November 17, 2015 @ 1:16 pm In Press Releases | Comments Disabled

img_2030.JPG

[1]

Fuq l-inizjattiva tal-Europe Direct Information Centre tal-Belt Victoria, f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u s-Santwarju Ta’ Pinu, fil-5 ta’ Novembru 2015 ġie inawgurat fuq l-Għolja Ta’ Għammar, f’Ta’ Pinu, Ġnien Bibliku bħala parti minn proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea bl-isem Get into nature – Plant a tree.

Tnejn u erbgħin siġra tal-ħarrub, ir-rummien u t-tin ġew imħawla qrib ir-Raba’ Stazzjon tat-Triq tas-Salib fuq din l-għolja.  Dawn huma kollha siġar imsemmija fil-Bibbja.

[2] dsc_0114.JPG

Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu, tkellem dwar il-proġett ippjanat għal madwar is-Santwarju, li jinkludi wkoll ċentru għall-viżitaturi u spazju għat-talb fuq iz-zuntier.  L-istess Ġnien Bibliku jista’ jitgawda mill-pubbliku li qalb il-ħemda u l-ġmiel tan-natura jiġi megħjun jirrifletti u jitlob fis-skiet.

Għaċ-ċerimonja kienu preżenti Dr Peter Agius mill-Uffiċċju Malti tal-Parlament Ewropew, is-Sur Joseph G. Grech mill-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ, is-Sur Victor Galea mill-Kulleġġ ta’ Għawdex, is-Sur Anthony Zammit minn EkoGħawdex, u Dun Gerard Buhagiar mis-Santwarju Ta’ Pinu, li lkoll taw messaġġi qosra u ħeġġu lill-istudenti preżenti biex jieħdu ħsieb l-ambjent.

Fost il-mistiedna kienu preżenti wkoll Sindki u membri mill-Kunsilli Lokali tal-Fontana, l-Għasri, Ta’ Kerċem, in-Nadur u x-Xewkija.

It-tfal tal-Iskola Primarja tax-Xagħra, bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom, sebbħu ċ-ċerimonja b’kant u qari dwar l-ambjent.

Hu ttamat li bosta oħrajn jitħajru joffru l-għajnuna tagħhom biex tiġi ffinanzjata parti oħra minn dan il-proġett sabiħ.

[3] img_2179.JPG

Ritratti: Santwarju Ta’ Pinu/Europe Direct Information Centre


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2015/11/17/thawwil-ta%e2%80%99-sigar-bhala-parti-minn-gnien-bibliku-gdid-f%e2%80%99ta%e2%80%99-pinu/

URLs in this post:
[1] : http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/11/img_2030.JPG
[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/11/dsc_0114.JPG
[3] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/11/img_2179.JPG

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.